Il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin jwiegeb lil "l-orizzont" dwar it-thaffir ghaz-zejt
Il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin jwiegeb lil "l-orizzont" dwar it-thaffir ghaz-zejt
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin b’ riferenza ghall-artiklu li deher fil-harga ta’ "l-Orizzont", tas-6 ta’ Novembru 1998, taht it-titolu "Il-Gvern Nazzjonalista ma riedx jurta lit-Taljani", ghal darba ohra jikkonferma illi l-Gvern Nazzjonalista qatt ma kellu riservi ghall-progett dwar thaffir ghaz-zejt kif gie allegat fl-istess artikolu.
L-ittra li d-Direttur tad-Dipartiment ghall-Esplorazzjoni taz-Zejt baghat lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u li giet pubblikata fl-artikolu ta’ "l-Orizzont" tas-6 ta` Novembru, anzi tikkonferma li r-riservi espressi mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma ma kienux jikkoncernaw il-progett innifsu, izda biss certu terminologija uzata fil-"Project Document" u cioe` fid-dokument li jigi pprezentat mill-Gvern Malti lill-Gvern Taljan dwar il-progett, liema terminologija setghet, kieku ma nbidlitx, tkun ta’ hsara ghat-talba tal-Gvern Malti biex dan il-progett jigi ffinanzjat mill-flus tar-Rabà Protokoll Finanzjarju li jezisti bejn Malta u l-Italja, liema Protokoll kien gie ffirmat fit-28 ta’ Marzu, 1994. Fil-fatt, kif johrog mill-istess ittra, il-parti li ghaliha kkummenta l-Ambaxxatur ta’ Malta f’Ruma, giet mibdula biex tilqa’ ghad-diffikultajiet li kienu jistghu jinqalghu.
Irid jinghad illi l-"Orizzont" konvenjentement halla barra d-data ta’ l-ittra in kwestjoni. Din l-omissjoni saret b’mod li tizgwida lill-qarrejja u taghti l-impressjoni li fil-fatt ghaddiet xi korrispondenza bejn il-Ministeru u d-Dipartiment koncernat fil-perijodu bejn l-1994 u Frar 1996, kif originarjament allegat fl-ewwel artikolu ta’ l-"Orizzont". Kieku d-data ta’ l-ittra li ggib 24 ta’ Settembru 1996 giet pubblikata, kienet tikkonferma ghal darb’ohra il-fatti kif moghtija fl-ewwel stqarrija tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin – u cioe` li l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ma kienx, "ircieva xi korrispondenza fuq dan is-suggett mid-Dipartiment ghall-Esplorazzjoni taz-Zejt bejn l-1994 u Frar 1996" – u allura kienet tohrog kemm kienet bla bazi l-allegazzjoni ta’ "l-Orizzont".
06.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN