Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministru ghall-Ambjent: Il-kwistjoni tal-kumpens lil Dom Mintoff

PR1985
Date Icon 05/11/1998

Stqarrija mill-Ministru ghall-Ambjent: Il-kwistjoni tal-kumpens lil Dom Mintoff

Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech jirriferi ghall-istqarrija li rega’ hareg illum l-Avukat Gavin Gulia, f’isem il-Partit Laburista, dwar il-kumpens li l-Gvern Laburista kien intrabat li jaghti lill-ex Deputat Laburista l-Perit Dom Mintoff, u jiddikjara dan li gej:

  1. L-istqarrija ta’ l-Avukat Gulia turi bl-aktar mod car li l-Partit Laburista qed ikompli jipprova jahbi mill-pubbliku l-obbligi legali li kien dahal ghalihom il-Gvern Laburista fil-konfront tal-Perit Mintoff fi zmien meta l-Gvern Laburista evidentement kellu interess ovvju li jipprova jinfluwenza lill-Perit Mintoff kif jivvota fuq il-progett tal-Kottonera.
  2. Bhala l-persuna li qed tiffirma l-istqarrijiet li qed jinhargu mill-Partit Laburista dwar din il-materja, u li skond kif qed jiffirma bhala Ministru tal-Gustizzja kien responsabbli mid-diskussjonijiet li saru bejn il-Gvern precedenti u l-Perit Mintoff, wiehed kien jistenna li l-Avukat Gulia jkun kburi mill-obbligi li dahal ghalihom u mhux qed jipprova jiskuza ruhu billi jghatti l-fatti, anzi qed jipprova wkoll iwahhal f’haddiehor.
  3. Hu biss fl-immaginazzjoni ta’ l-Avukat Gulia li l-Gvern prezenti iddecieda li jaghti xi kumpens lill-Perit Mintoff aktar minn dak imwieghed mill-Gvern Laburista. Tajjeb li jinghad bl-aktar mod car li l-Gvern prezenti qed jimxi precizament ma’ l-obbligi kollha li dahal ghalihom il-Gvern Laburista (xejn izjed, xejn anqas)u li issa almenu l-Avukat Gulia qed jammetti li gew miftehma mal-Perit Mintoff mill-Gvern li tieghu hu kien jaghmel parti.
  4. Mil-Letter of Intent tat-22 ta’ Mejju 1998 jirrizulta bl-aktar mod car li l-Gvern Laburista kien obbliga li jaghti lill-Perit Mintoff:
  • art fil-Fawwara valutata Lm230,000;
  • Lm128,000 f’danni;
  • Lm4,950 fi hlas ghal spejjez esegwiti fl-Gharix, f’Delimara;
  • l-ispejjez tal-kawza u ta’ l-eventwali att ta’ trasferimet, inkluzi apparti l-ispejjez ta’ boll u/jew ta’ taxxa fuq il-qligh kapitali.
  1. Ma tridx wisq gherf biex wiehed jinduna li meta jinghaddu dawn kollha, il-konkluzjoni hi li l-kumpens totali offrut mill-Gvern Laburista kien jammonta ghal Lm363,000 u dan bhala minimu. Dan apparti, kif digà inghad, l-ispejjez legali, l-ispejjez ta’ kuntratti, l-ispejjez tat-taxxa tal-boll u kwalunkwe taxxa kapitali li tkun dovuta lill-Perit Mintoff fuq dan il-kuntratt.
  2. Li tghid li ta’ dan kollu, il-Gvern Laburista ftiehem li jiehu f’idejh ir-residenza jisimha l-Gharix meta l-ftehim kien qed isir ghaliex dik ir-residenza ma setghetx tintuza aktar, hu ezercizzju ta’ kif tipprova tgharrex fl-immaginazzjoni tan-nies!
  3. Is-somma ta’Lm128,000 li l-Gvern Laburista kien intrabat li jghaddi f’danni lill-Perit Mintoff, il-Partit Laburista jmissu jaf li hu l-ammont ikkalkulat bir-rata ta’ 8 fil-mija fuq is-somma ta’ Lm230,000 ghal seba’ snin. Dan l-ammont kien ikkalkulah l-Avukat Gulia stess bhala Ministru fuq il-valur ta’ l-art fil-Fawwara, kif jirrizulta bl-aktar mod car minn ittra li l-istess Avukat Gulia kien kiteb lill-ex Prim Ministru Alfred Sant fis-27 ta’ April 1998. Dan ifisser ukoll li jekk il-Gvern idum ma jhallas dawn id-danni, l-ammont jizdied bi Lm18,400 ohra kull sena. Wiehed jistenna li l-Avukat Gulia ma jixtieqx li dawn id-danni jibqghu jizdiedu b’dan l-ammont kull sena li jdumu ma jithallsu.
  4. L-Avukat Gulia jmissu jaf ukoll li jekk il-proprjetà ma tkunx trasferita lill-Perit Mintoff, il-kumpens jitla’ jista’ u mhux jonqos. Tant hu hekk li skond l-ittra li l-Avukat Gulia kien kiteb lill-Prim Ministru kien qal li jekk il-proprjetà ma tkunx trasferita jew tibqa’ minghajr il-permess ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, il-Perit Mintoff kien ikollu dritt jitlob "cash settlement of Lm300,000 in full and final settlement over and above the Lm128,000 and an additional Lm70,000 in damages". F’dan il-kaz il-kumpens jitla’ ghal minimu ta’ Lm498,000.
  5. Fl-istess ittra l-Avukat Gulia qal lill-Prim Ministru li kien qed iqis il-proposta ta’ Lm300,000 bhala ‘cash settlement’ bhala proposta attraenti hafna.
  6. Dan kollu juri li, li jghid x’jghid illum l-Avukat Gulia, bl-ebda mod ma jista’ jahrab mill-verità.
  • Ma’ din l-istqarrija qed tigi pubblikata wkoll l-ittra li l-Ministru Dr. Gavin Gulia kien baghat lill-Prim Ministru fis-27 ta’ April 1998.
05.11.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow