Il-Ministeru ta' l-Intern jiffirma l-Konvenzjoni Ewropea kontra l-hasil tal-flus (Money Laundering)
Il-Ministeru ta' l-Intern jiffirma l-Konvenzjoni Ewropea kontra l-hasil tal-flus (Money Laundering)
Malta llum saret it-33 stat firmatarju tal-Konvenzjoni Ewropea kontra l-Hasil tal-Flus. Ghal Malta ffirma l-Ministru ta’ l-Intern, Dr. Tonio Borg, li jinsab fi Strasbourg sabiex jippartecipa fil-laqgha bejn il-Ministri ta’ l-Intern ta’ l-Ewropa li qed tittratta s-suggett tal-koperazzjoni fil-glieda kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni.
L-ghan ta’ din il-Konferenza huwa li tikkumbatti l-hasil ta’ qligh ta’ flus li gejjin minn attivitajiet kriminali u li ttejjeb il-koperazzjoni internazzjonali bejn il-pajjizi membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u stati ohra li hadu sehem fit-tfassil ta’ l-istess Konvenzjoni bhal l-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja. Il-Konvenzjoni sservi ta’ indikazzjoni ghal kunsens wiesa’ li jezisti bejn id-diversi pajjizi fil-glieda kontra l-kriminalità internazzjonali.
Fl-intervent tieghu waqt il-Konferenza, il-Ministru Borg sahaq fuq l-importanza ta’ koperazzjoni bejn is-27 membru tal-Forum Ewro-Mediterranju fil-qasam tal-glieda kontra l-kriminalità. Huwa ppropona :
- li s-servizzi offruti mill-Europol jinghataw lill-pajjizi Ewropej li mhumiex membri ta’ l-Unjoni Ewropeja.
- li jinholoq unit ghall-gbir ta’ informazzjoni dwar Traffikar ta’ Droga, Immigrazzjoni Illegali u l-Kriminalità Organizzata bejn il-pajjizi tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropeja.
Minbarra l-partecipazzjoni tieghu fil-Konferenza, il-Ministru Tonio Borg qed ikollu tahdidiet ma’ diversi Ministri Ewropej. Illum il-Ministru Borg iltaqa’ mal-Ministru ta’ l-Intern Spanjol Jaime Mayor Oreja u mal-Vici Ministru Bulgaru, Bojidar Popov. F’dawn il-laqghat, il-Ministru Borg iddiskuta l-possibbiltà ta’ iktar koperazzjoni bejn Malta u dawn il-pajjizi fil-qasam tal-glieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata.
05.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN