Zjara lill-Kunsill Lokali tal-Hamrun mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
Zjara lill-Kunsill Lokali tal-Hamrun mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
Is-Segretarju Parlamentari ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, sostna li huwa fl-interess tal-Kunsill Lokali li jahdem ha jipprovdi l-ahjar infrastruttura possibbli sabiex ic-centru kummercjali tal-lokal jitjieb. Il-problemi infrastrutturali jxekklu mill-izvilupp ta’ negozju li jtejjeb il-kwalita’ ta’ l-istabbiliment tieghu u tas-servizz li joffri.
Centru Kummercjali tajjeb ifisser holqien ta’ xoghol u b’hekk jista’ jitkattar il-gid. Huwa ta’ gid anke ghall-komunita’ residenzjali ghaliex b’centru kummercjali tajjeb tkun tista’ tinqeda ahjar, waqt li jkunu jistghu jigu impjegati aktar nies mill-istess lokal.
Ghaldaqstant, kull wiehed u wahda minna, skond dmiru, jrid jaghmel il-parti tieghu, kemm jekk hu Dipartiment tal-Gvern, Korporazzjoni, Bank, Negozju jew Kunsill Lokali. Ilkoll ahna parti minn din in-nisga ta’ kontributuri ta’ negozju fil-komunita’ taghna.
Il-Kunsill Lokali, sostna s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, huwa Gvern Lokali b’responsabbilta’ li jara li kontinwament jitjieb il-livell tal-ghixien tal-komunitajiet tal-lokal.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo tenna li s-settur tan-negozju jista’ jghin daqs kemm jista’ jfixkel. Jehtieg li jinstab bilanc -- il-kompromess bejn il-htiega tal-komunita’ residenjzali u dik tal-komunita’ tan-negozju.
05.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN