Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd: Aktar gid ghall-bdiewa
Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd: Aktar gid ghall-bdiewa
B’riferenza ghal dak li qal l-Onor. Noel Farrugia dwar l-esportazzjoni tal-patata, il-fatti huma kif digà kienu ppublikati. Izjed minn hekk il-Ministru Ninu Zammit rega’ tenna l-fatti li gejjin:
· Il-ftehim li sar dwar is-600 tunnellata iktar huma ntizi ghal din is-sena biss. Dan ghaliex din l-esportazzjoni qeghda ssir bi prova u ghaldaqstant mhux ghaqli li wiehed jintrabat ghal 3 snin.
· L-arrangament huwa fuq bazi outright purchase u l-prezz tal-bejgh miftiehem huwa 16% ghola mill-prezz medju garantit ghall-patata Alpha, liema prezz kien gie miftiehem b’mod mghaggel mill-istess Onor. Farrugia fi zmien li ghamel bhala Ministru.
· Is-16% ghola fil-prezz mhux biss jaghmel tajjeb ghall-xi spejjez addizzjonali tan-noll, izda wkoll ifisser aktar qligh ghall-bidwi.
· Il-qligh tal-bdiewa sejjer jizdied u mhux ser issehh xi ‘kummiedja’ ta’ tnaqqis tal-qligh mill-patata biex jaghmel tajjeb ghall-esportazzjoni falluta tal-haxix lejn l-Ingilterra li kien ghamel l-Onor. Noel Farrugia, liema esportazzjoni thallset minn fuq dahar il-bdiewa li esportaw il-patata.
· Il-varjetà tal-kunsinna extra ta’ 600 tunnellata hija tat-tip Sante’, varjeta’ li diga’ tat rizultati tajbin fil-passat.
· Fuq kollox il-varjetà Sante’ hija patata bikrija u ghaldaqstant jidher li l-Onor. Farrugia jaqbel mal-arrangamenti li saru sabiex nsibu varjetà bikrija iktar mill-Alpha ghas-suq Olandiz.
Fir-rigward taz-zerriegha tal-patata taz-zriegh Alpha, il-Ministru Ninu Zammit kompla li minkejja l-maltemp kbir li bhalissa qed jahkem l-Olanda, il-bdiewa Maltin jistghu jserrhu mohhom li z-zerriegha Alpha ser tasal fi zmien qasir. Dan sar possibbli wara li l-Ministru Ninu Zammit din il-gimgha ha inizjattiva billi baghat zewg ufficjali gholja fl-Olanda sabiex setgha jigi accertat li din is-sena l-patata taz-zriegh tasal kollha Malta kif miftiehem fil-kuntratt.
Il-Ministru Ninu Zammit temm jghid li mhux sejjer jitlef l-okkazjoni li jzomm lill-bdiewa nfurmati b’dak kollu li jkun qieghed jigri u jittama li fi zmien qasir ikun jista’ jhabbar zviluppi ohra posittivi ghall-gid tal-bdiewa.
05.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN