Il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin iwiegeb ghal Artikolu li deher f' "l-orizzont" dwar it-thaffir ghaz-zejt f'Ghawdex
Il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin iwiegeb ghal Artikolu li deher f' "l-orizzont" dwar it-thaffir ghaz-zejt f'Ghawdex
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jaghmel referenza ghall-artiklu li deher fil-faccata ta’ l-Orizzont, nhar it-Tlieta, 3 ta’ Novembru, 1998, bit-titlu "Ma Jridx Jurta lit-Taljani", fejn gie allegat illi fir-rigward tal-progett tat-thaffir ghaz-zejt f’Ghawdex, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kellu "certu rizervi dwar dan il-Progett".
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jichad kategorikament din l-allegazzjoni kif ukoll li rcieva xi korrispondenza fuq dan is-suggett mid-Dipartiment ghall-Esplorazzjoni taz-Zejt bejn l-1994 u Frar 1996 u ghaldaqstant ma setghax iwiegeb ghall-ittri li hu ma rceviex.
Kontrarjament ghal dak allegat gewwa l-artikolu, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin qatt ma kellu, jew wera xi rizervi dwar il-Progett innifsu. Fil-fatt il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin hadem sabiex il-Progett jigi ffinanzjat taht ir-Raba’ Protokoll Finanzjarju li jezisti bejn Malta u l-Italja, u b’hekk isir realta`.
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kien wera r-rizervi tieghu biss dwar certu terminologija li kienet uzata fid-dokument li kellu jigi pprezentat lill-Gvern Taljan mill-Gvern Malti, sabiex il-Gvern Taljan japprova l-finanzjament tal-Progett taht ir-Raba’ Protokoll Finanzjarju. Il-fatti juru illi l-Ambaxxata ta’ Malta fl-Italja dak iz-zmien uriet it-thassib taghha illi certu kliem uzat fl-abbozz tad-dokument dwar il-Progett seta’ jiftiehem hazin mill-Gvern Taljan u ghalhekk ikun ta’ hsara ghat-talba tal-Gvern Malti biex dan il-Progett jigi ffinanzjat mill-flus tal-Protokoll.
Fil-fatt il-bidliet ta’ certu kliem fid-Dokument dwar il-Progett, gew effettwati u inkluzi fid-Dokument finali pprezentat mill-Gvern Malti lill-Gvern Taljan. Kieku ma sarx dan kien jigri li l-approvazzjoni tal-Progett kien jiltaqa’ ma problemi li setghu jtawwlu l-process.
Irid jinghad ukoll li dawn il-konsultazzjonijiet saru fuq livell amministrattiv u fl-ebda hin ma gew riferiti ghal livell Ministerjali. Fil-kontest ta’ Progetti ghal finanzjament taht il-Protokoll, din hija l-procedura normali.
Il-Progett kif eventwalment approvat jirrifletti x-xoghol li sar sa Settembru 1996 u bil-fondi li kien gab il-Gvern Malti mill-Italja bir-Raba’ Protokoll Finanzjarju, li kien iffirmat fit-28 ta’ Marzu 1994 mill-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Taljan, Beniamino Andreatta.
04.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN