Left arrow Mur Lura

Inawgurat l-40 Kors ta' Parental Skills f'Ghawdex

PR1968
Date Icon 04/11/1998

Inawgurat l-40 Kors ta' Parental Skills f'Ghawdex

F’cerimonja qasira fl-Iskola Sir Arturo Mercieca fir-Rabat u Patri Mattew Sultana fix-Xaghra, il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono inawgurat kors iehor ta’ Parental Skills li kienu gew introdotti ghall-ewwel darba f’Ghawdex fl-1996 mill-istess Ministru li dak iz-zmien kienet Segretarju Parlamentari ghall-Affarijiet tal-Familja.

F’diskors qasir ta’ l-okkazjoni l-Ministru Debono esprimiet is-sodisfazzjon taghha li dan huwa l-erbghin kors ta’ dan it-tip, immexxi mill-Agenzija Sedqa f’Ghawdex. Huwa kors li ghandu jkun ta’ ghajnuna kbira ghall-familji taghna, ghaliex jitratta varjeta’ ta’ temi bhal stress, kunflitti, dixxiplina u l-abbuz tad-droga. Il-kors "Inrabbu ‘l Uliedna Ahjar", jaghti okkazzjoni lill-genituri li jaqsmu bejniethom l-esperjenzi taghhom u jappella ghall-genituri ta’ tfal ta’ kull eta’: minn tfal zghar sa teenagers.

Il-Ministru Debono sahqet fuq il-bzonn li l-familji taghna jizviluppaw sens ta’ komunikazzjoni sew bejn il-genituri stess kif ukoll bejn ‘l ulied u l-ahwa. Mill-esperjenza taghha bhala omm ta’ zewg ulied , il-Ministru Debono qalet li l-komunikazzjoni effettiva tghaqqad il-familja ma’ xulxin.

Ic-cerimonja fl-Iskola Primarja tar-Rabat bdiet b’kelmtejn mill-Kap ta’ l-Iskola s-Sur Joseph Zerafa, u fiha hadu sehem bil-kant it-tfal, studenti ta’ l-istess skola primarja. Attendiet ukoll s-Sinjura Sina Bugeja, c-Chief Executive ta’ l-Agenzija Sedqa. F’din l-okkazjoni ntuza wkoll ghall-ewwel darba l-Big Screen Projector li nxtara mill-iskola bl-inizjattiva tal-Kap u l-membri tal-Kunsill Skolastiku.

04.11.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow