Sistema ta' Dawl fi Triq ir-Repubblika
Sistema ta' Dawl fi Triq ir-Repubblika
Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, minn triq ewlenija li filghaxija tkun "mudlama", illum hija triq mixghula b’sistema provizorja ta’ dawl li giet ikkummissjunata mill-"Valletta Rehabilitation Committee". Dan bil-hsieb li tghin biex din it-triq ewlenija, fic-Centru Kummercjali tal-Belt terga’ tigbed lejha l-kummerc, li maz-zmien seta’ intilef minhabba l-istat t’abbandun ta’ din it-triq u n-nuqqas ta’ dawl. Din is-sistema ta’ dawl provizorja se tkun ta’ servizz sa kemm jkun hemm sistema ta’ dawl li l-istess "Valletta Rehabilitation Committee" qed tiehu hsieb li jkun hemm, li tixraq lill-karattru tal-Belt,
Din l-inizjattiva ttiehdet wara laqghat li kellu is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, mas-sidien tal-hwienet ta’ din it-triq li kienu rrimarkaw li n-nuqqas ta’ dawl filghaxija kien qed jaffettwa hazin il-kummerc.
Wara li s-sidien tal-hwienet ta’ Triq Melita kienu lmentaw mill- kundizzjoni hazina tat-triq, illum bl-ghajnuna u l-hidma tal-Ministeru ghall-Ambjent, din it-triq giet moghtija it-tarmac.
Dan ix-xoghol sar wara li l-‘Valletta Rehabilitation Committee’ flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt, diga’ kellhom laqghat separati mas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, bil-hsieb li fil-Belt ssir hidma biex jingheleb kull ostaklu li seta’ jtellef il-Belt milli tkun ic-centru kummercjali ewlieni fil-pajjiz.
Ghal dan il-ghan, nhar il-Gimgha, 6 ta’ Novembru 1998, s-sidien tal-hwienet tal-Belt, kif ukoll dawk li jarmaw il-Monti u tas-Suq gew mistiedna fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici ghal laqgha li fiha se jkun imwaqqaf kumitat fejn ikun hemm rapprezentanti tas-sidien tal-hwienet u l-kummercjanti tal-Belt, il-Kunsill Lokali u l-"Valletta Rehabilitation Committee". Dan biex ikompli jkun diskuss x’ghandu jsir, biex il-Belt tkun f’kundizzjoni ahjar u li ssir hidma mehtiega biex il-Belt tkun kapaci tilqa’ fiha dawk kollha li jridu jmorru jixtru mill-Belt bla ma jsibu l-ebda tfixkil.
Din l-inizzjattiva se tkun ukoll l-impenn f’hidma ma’ bliet u rhula ohra biex bl-ghajnuna tal-Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qieghed iwettaq bil-ghan li kull Belt jew rahal ikollu l-infrastruttura mehtiega biex in-negozju jiehu l-hajja bla tfixkil u ghall-gid ta’ kulhadd.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo irringrazzja lil dawk kollha li, fil-kaz tal-Belt qed jghinu biex dan l-impenn jintlahaq, b’mod specjali lill-"Valletta Rehabilitation Committee", il-Ministru ghall-Ambjent, kif ukoll il-Kunsill Lokali tal-Belt ghall-appogg li qed joffru.
04.11.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN