Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: Inhlew sentejn fil-Bini ta' l-Isptar il-gdid f'Tal-Qroqq
Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: Inhlew sentejn fil-Bini ta' l-Isptar il-gdid f'Tal-Qroqq
Ghalkemm kienet ittiehdet decizjoni mill-Amministrazzjoni precedenti, li n-numru ta’ sodod fl-isptar il-gdid jirdoppja, qatt ma sar studju dwar l-impatt ta’ din id-decizjoni fuq diversi oqsma li kienu ser jintlaqtu direttament. Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt intervista fuq stazzjon tar-radju privat.
Louis Deguara qal li meta gie ppjanat dan l-isptar ma sarx studju holistiku tas-sahha fil-pajjiz. Qatt ma sar studju x’impatt thalli fuq l-isptar ir-riforma tal-Kura Primarja. Qatt ma sar studju x’impatt thalli r-riforma fil-qasam tas-Sahha Mentali. Qatt ma sar studju dwar id-direzzjoni li kien ser ikollu l-isptar. Qatt ma sar studju dwar x’kienet ser tkun il-funzjoni ta’ l-isptarijiet l-ohra wara li jinfetah l-isptar il-gdid. Qatt ma sar studju dwar l-impatt tad-decizjoni fuq it-traffiku fid-direzzjon ta’ l-isptar, tant li llum nstab li ser ikollhom jinstabu sistemi ta’ toroq alternattivi li jwasslu ghal dan l-isptar, kompla jghid il-Ministru Deguara.
Il-Ministru tas-Sahha qal li anke l-mod kif kien qed jinbena kien jidher car li dan l-isptar kien ser ikun wiehed li jixbah l-isptar San Luqa. Hu qal li l-poplu u l-professjonisti jixirqilhom hafna ahjar minn hekk, wara li ser ikunu investew s-somma ta’ aktar minn mitt miljun lira fl-isptar. Louis Deguara fakkar kif skond il-pjanijiet tal-Gvern Nazzjonalista precedenti dan l-isptar kien ser ikun mibni b’mod li jkun imtarrag, biex b’hekk ikun imdawwal kemm jista’ jkun b’dawl naturali u joffri veduti ghal dawk li jkunu fil-kmamar. Wara l-bidla fil-Gvern dan l-isptar kien ser jinbena b’mod li ma jixraqlu jissejjah xejn ghajr l-isem ta’ mostru. Sptar li kien ser ikun imdallam u mit-twieqi ma jidher xejn hlief il-hitan tal-faccata l-ohra, l-istess bhal ma llum hemm fl-isptar San Luqa.
Il-Ministru Deguara qal li l-Gvern illum jinsisti li dan l-isptar ikun integrat fis-sistema holistika tas-sahha tal-pajjiz. Ikun konformi mar-riformi li ser isiru fil-qasam tal-Kura Primarja. Sptar fejn tinghata l-ahjar kura b’servizz tajjeb, izda l-ewwel kura tinghata fil-komunita` wara li jkunu attwati r-riformi necessarji fil-Kura Primarja.
Louis Deguara tenna li l-unika konsolazzjoni li wiehed isib wara l-ahhar sentejn mohlija hu li ghadna fiz-zmien li jsiru tibdiliet biex dan l-isptar ikun tassew sptar modern li jixraq lill-poplu Malti.
04.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN