Devoluzzjoni reali u effettival ta' poteri lill-Kunsilli Lokali
Devoluzzjoni reali u effettival ta' poteri lill-Kunsilli Lokali
Waqt diversi laqghat li s-Segretarju Parlamentari fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, kellu llum mal-Kunsilli Lokali ta’ Hal Qormi, Hal Lija u Haz Zebbug, Dr. Gatt sahaq fuq l-impenn tal-Gvern li s-sena d-diehla jibda jiddevolvi aktar responsabbilitajiet lill-Kunsilli Lokali.
B’dan il-mod, kompla Dr.Gatt, il-Gvern se jwettaq il-weghda tieghu li l-gwardjani lokali jsiru realta’ sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu jistghu jahdmu b’mod efficjenti f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ infurzar ta’ ligijiet minuri.
Marbut ma’ dan l-izvilupp hemm ukoll it-twaqqif tat-Tribunali Lokali, li permezz taghhom se jkun decentralizzat mhux biss l-aspett ta’ infurzar, izda wkoll l-aspett guridiku li se jkun mghoddi lill-Kunsilli Lokali.
Dr. Gatt fakkar ukoll li b’rizultat ta’ dan, il-Kunsill Lokali se jkunu jistghu jaghmlu uzu minn finanzi li jigu minn dan l-infurzar tal-ligi. Dan ifisser li dawn l-istess flus jistghu jintefqu fil-lokalita’ minn fejn ingabru.
Huwa habbar ukoll li bhalissa ghaddej ezercizzju li permezz tieghu qed jithejja pjan dettaljat ghall-implimentazzjoni ta’ dawn il-mizuri, li jinkludi it-tahrig tal-gwardjani lokali u ta’ l-istaff tat-Tribunali Lokali, l-aspett logistiku ta’ kull tribunal u kif ukoll is-sistema tal-kompjuter li se tkun utilizzata mill-Kunsilli Lokali f’dan l-ezercizzju.
Dr.Gatt temm jghid li dan kollu huwa parti mill-politika tal-Gvern li titwettaq devoluzzjoni serja u reali, li tkun kapaci tlahhaq ma’ l-aspettativi tal-Kunsilli Lokali u l-mod li jkunu kapaci jiffacjaw il-problemi li jhabbtu wicchom maghhom ta’ kuljum.
03.11.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN