Is-Segretarju Parlamentari George Hyzler jattendi ghall-prezentazzjoni tal-METCO Export Marketing Awards
Is-Segretarju Parlamentari George Hyzler jattendi ghall-prezentazzjoni tal-METCO Export Marketing Awards
Il-Gvern hu determinat li jghin lill-intraprizi zghar u medji, biex dawn jilqghu l-isfidi li ser jiffacja pajjizna sakemm nissiebhu fl-Unjoni Ewropea. Dan ser jaghmlu billi johloq policies effettivi li jaraw li ma jintilfux impjiegi u li fuq perjodu twil ta’ zmien ikunu intraprizi li jiggeneraw ix-xoghol u l-investiment f’pajjzna.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici George Hyzler, f’diskors li ghamel waqt il-prezentazzjoni tal-METCO Export Marketing Awards.
Zied jghid li l-Gvern ser jaghti s-support tieghu biex fiz-zmien li gej l-intraprizi zghar u medji jikbru fin-numru u jkollhom sehem akbar fi-prodott gross domestiku tal-pajjiz.
Dr. Hyzler qal li l-Gvern jemmen li biex l-industrija Maltija timxi aktar il-quddiem hemm bzonn ta’ stabilta’ fil-pajjiz, stabilita’ li ser tinholoq ukoll mid-direzzjoni li pajjizna rega’ qabad lejn ishubija fl-Unjoni Ewropea.
Sostna li f’din it-triq, l-prijoritajiet tal-Gvern ser jibqghu li f’pajjizna jkompli l-process ta’ privatizzazzjoni, l-izvilupp u r-ristrutturar ta’ l-intraprizi u l-holqien ta’ impjiegi. L-investiment fir-rizors uman ukoll ser jghin biex tikber il-kompetittivita’ fl-ekonomija dinjija, zied ighid Dr. Hyzler.
Fid-diskors tieghu, is-Segretarju Parlamentari fahhar ix-xoghol li taghmel il-METCO u qal li inizjattiva bhal dik tat-twaqqif ta’ l-Export Marketing Award hija utli biex thajjar industrijalisti jtejbu l-prodotti taghhom u jaspiraw biex jippenetraw fi swieq godda.
03.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN