Koperazzjoni akbar fis-settur turistiku f'Ghawdex
Koperazzjoni akbar fis-settur turistiku f'Ghawdex
Fuq inizjattiva tal-Ministeru ghal Ghawdex, saret laqgha ta’ orjentazzjoni ghal lukandiera u s-sidien tar-ristoranti u ta’ l-istabbilimenti turistici f’Ghawdex. Il-laqgha giet indirizzata mill-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono li tkellmet fuq il-konvinzjoni taghha li kull Ghawdxi involut fil-qasam turistiku ghandu jahdem ghal ghan wiehed, biex nattiraw iktar turisti lejn Ghawdex. Dan jista’ jsir biss bi sforz komuni u b’koperazzjoni bejn l-operaturi nfushom u bl-ghajnuna shiha tal-Ministeru ghal Ghawdex. Il-Ministru Debono rreferiet ghall-partecipazzjoni t’Ghawdex f’fieri internazzjonali f’Londra, Milan u Berlin. Hija qalet li dawn il-fieri joffru opportunita’ lil Ghawdex li jsir aktar maghruf fis-swieq kbar u importanti, izda tinhass il-htiega ta’ sehem aktar attiv ta’ dawk li huma nvoluti fis-settur turistiku f’Ghawdex.
Il-Ministru Debono innotat li iktar minn nofs it-turisti li jigu Malta qatt ma jirfsu Ghawdex. Dan zgur li huwa suq tajjeb hafna, vicin taghna u li Ghawdex jista’ jiggwadanja aktar minnu. Hija hasra wkoll li tosserva li l-hajja turistika f’Ghawdex hija limitata ghax-xhur xitwin, kif ukoll ghal numru restritt hafna ta’ sighat fil-gurnata.
Il-Ministru qalet li l-Gvern prezenti jinsab impenjat li jaghmel hiltu kollha biex Ghawdex ikun reklamat bhala destinazzjoni turistika ghaliha. Din id-dehra hija marbuta wkoll mat-titjib fis-servizzi u fil-livell tat-trasport bejn iz-zewg gzejjer, specjalment permezz tal-bini tat-tliet vapuri godda u tas-Sea Passenger Terminal fic-Cirkewwa u fl-Imgarr. Hawnhekk il-Ministru Debono habbret li fil-vicin ser jithabbru n-nollijiet il-godda tal-Gozo Channel, li ser jghinu biex jergghu jaghtu l-hajja lit-turizmu domestiku lejn Ghawdex. Impenn iehor tal-Gvern ser ikun fir-rigward tal-korsijiet moghtija mill-I.T.S. f’Ghawdex biex dawn, ghal beneficcju tal-qasam turistiku f’Ghawdex, u jibdew jigu organizzati fuq bazi full-time bhal dawk f’Malta.
Fi tmiem il-laqgha l-Ministru ghal Ghawdex irringrazzjat u rrikonoxxiet ix-xoghol siewi u dedikat ta’ l-MHRA u wriet ix-xewqa tal-Ministeru li f’Ghawdex ukoll ikun hemm fergha hajja u proattiva ta’ din l-assoccjazzjoni. Fl-ahhar tal-laqgha twaqqaf kumitat provisorju minn fost dawk prezenti biex isiru l-preparazzjonijiet kolha necessarji biex fil-futur qarib fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex jigi iffurmat Kumitat ghat-Tijib u t-Tishih tat-Turizmu f’Ghawdex.
31.10.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN