Zjara fil-Funderija Medcast mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
Zjara fil-Funderija Medcast mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
"F’dan il-pajjiz ma jistghux jibqghu jinbdew progetti li ma jitlestewx".
Dan sostnieh is-Segretarju Parlamentari fis-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, fi zjara li ghamel fil-funderija Medcast f’Hal Far, flimkien ma’ membri tal-‘Valletta Rehabilitation Committee’. Din il-zjara saret fid-dawl ta’ l-ilment minn sidien ta’ hwienet fil-Belt dwar l-ispralli tal-hadid li ghandhom jigu quddiem l-entraturi tal-hwienet. Dawn ilhom ordnati izda hafna minnhom ghadhom m’humiex lesti.
F’diskors li kellu mad-diretturi tal-kumpanija Edwin Vassallo tenna l-importanza tad-dead lines fix-xoghol u min-naha tieghu wieghed l-appogg tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici f’dawk il-problemi li jista’ jkollu negozju ta’ daqs medju bhalma hi l-funderija.
Edwin Vassallo tenna l-htiega li biex jinholoq in-negozju u biex jitkattar il-gid, il-Gvern ghandu dmir li jipprovdi infrastruttura tajba.
L-ebda problema anke jekk tidher zghira ma tista’ titwarrab jekk tkun qieghdha xxekkel l-attivita’ ekonomika f’pajjizna bhalma gara fil-kaz ta’ Triq it-Repubblika fil-Belt
Jekk irridu li ‘bis-serjeta’ jkollna settur tal-kummerc li jahdem, dan ghandu jkollu l-infrastruttura mehtiega li ma tohloq l-ebda xkiel. Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qieghed jara li jkun konxju tal-problemi u jahdem biex jinstabu soluzzjonijiet immedjatament.
30.10.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN