Kampanja Nazzjonali ta' tindif fil-pajjiz
Kampanja Nazzjonali ta' tindif fil-pajjiz
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech habbar li fi zmien qasir se tibda kampanja nazzjonali ta’ tindif li se tkun wahda fuq bazi permanenti u bi strutturi permanenti.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li normalment f’Malta kampanji ta’ tindif fuq bazi nazzjonali jsiru meta tkun se ssir xi laqgha internazzjonali kbira jew ghal xi okkazjoni specjali. Il-hsieb issa hu li fl-aqsar zmien possibbli l-pajjiz jibda jinghata tindifa generali u mbaghad jibqa’ jsir tindif fuq bazi regolari.
Din il-kampanja, kompla l-Ministru Zammit Dimech, se jkollha wkoll l-aspett edukattiv ghaliex inutli li l-Gvern inaddaf filwaqt li jkun hawn min jibqa’ jhammeg. Hi l-fehma tieghu li din il-kampanja tqajjem kuxjenza fost il-poplu dwar il-htiega li l-pajjiz jinzamm nadif.
Il-Ministru Zammit Dimech habbar dan waqt li kien qed iniedi l-kampanja ta’ tindif li ssir ta’ kull sena Clean up the World. Dwar din il-kampanja, hu qal li din hi s-sitt darba li Malta qed tinghaqad ma’ aktar minn 100 pajjiz madwar id-dinja kollha f’din il-kampanja li ssir taht l-awspici tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP). Din is-sena l-kampanja se ssir bejn il-21 u t-28 ta’ Novembru u ghal darb’ohra se jkun involut Xummiemu. Dan il-karattru kien inkluz kemm f’pubblikazzjonijiet, kif ukoll f’video promozzjonali li nhadem barra minn Malta u muri f’diversi pajjizi.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li d-Dipartiment ghall-harsien ta’ l-Ambjent fi hdan il-Ministeru dejjem emmen f’dawn it-tipi ta’ kampanji ghax b’hekk tista’ titqajjem aktar kuxjenza favur l-ambjent f’pajjizna.
Fil-kampanja ta’ din is-sena qed jergghu jkunu mistiedna jiehdu sehem il-Kunsilli Lokali b’attivitajiet varji bhal tindif, thawwil ta’ sigar u anki kompetizzjonijiet ta’ tpingija b’tema. Qed issir ukoll kompetizzjoni ta’ tpingija ghat-tfal ta’ l-iskejjel primarji u sekondarji, kemm statali kif ukoll privati u tal-Knisja, u l-ahjar 13 il-tpingija se jintuzaw fil-kalendaru ta’ Xummiemu ghas-sena d-diehla. It-tema ta’ din il-kompetizzjoni hi l-ambjent fil-qalba tal-belt jew rahal ta’ fejn ikun joqghod min jiehu sehem.
Bhala ghajnuna lill-voluntiera din is-sena se jitqassmu T-shirts,stickers,posters, ghodod, ingwanti, boroz u skips. Hemm il-hsieb ukoll li l-Kunsilli Lokali li se jiehdu sehem fil-kampanja jinghataw sigar biex jithawlu f’postijiet pubblici. Barra minhekk se jinghataw tliet rigali ta’ flus - Lm300, Lm200 u Lm100 rispettivament - lil dawk il-Kunsilli Lokali li johorgu bl-ahjar progetti. Se jkunu stampati wkoll stickers biex jitwahhlu fil-postijiet fejn ikun sar it-tindif halli l-pubbliku jkun mhajjar izomm dawn il-postijiet fi stat tajjeb.
Bi thejjija ghal din il-kampanja se jkunu stampati posters u stickers b’messagg ambjentali minn Xummiemu biex jitqassmu fl-ufficini, Ghases tal-Pulizija, Centri tas-Sahha, Kunsilli Lokali, hwienet u fabbriki.
29.10.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN