Il-Hatra tas-sur Kalcidon Agius bhala Speaker fl-1978
Il-Hatra tas-sur Kalcidon Agius bhala Speaker fl-1978
Wara li fil-ftuh tal-Parlament, l-Oppozizzjoni opponiet ghal kull mozzjoni li ressaq il-Gvern, illum gurnalista tas-Super 1, waqt li kienet qed tintervista lill-Prim Ministru, qalet li mhux minnu li fil-Parlament ilha ma tissejjah "Division" ghall-hatra ta’ Speaker mill-1966. Sabiex jigi sostanzjat dan l-argument, din il-gurnalista semmiet il-hatra tas-Sur Kalcidon Agius fl-1978.
L-ezempju ma jregix ghax is-Sur Kalcidon Agius ma kienx nominat ghal Speaker waqt ftuh ta’ Parlament.
Ta’ min jghid ukoll li minkejja li dakinhar tal-hatra tas-Sur Kalcidon Agius ittiehdet "Division", Dottor Eddie Fenech Adami, allura Kap ta’ l-Oppozizzjoni, wassal lis-Sur Agius sas-Sedja fil-Parlament. Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant lanqas dan ma ghamel waqt il-ftuh tad-Disa’ Parlament.
Fl-ahharnett ta’ min jinnota li fl-1978, l-Oppozizzjoni Nazzjonalista ma kinetx issekondat il-hatra tas-Sur Kalcidon Agius minhabba ittra li s-Sur Agius kien kiteb fit-Torca tas-17 ta’ Lulju 1977. Din l-ittra kienet tmur ghal kollox lil hinn min-normi tat-tolleranza.
Kopja ta’ dik l-ittra hija mehmuúa ma’ din l-istqarrija.
27.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN