Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill Lokali tal-Belt

PR1917
Date Icon 27/10/1998

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill Lokali tal-Belt

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, is-Sur Edwin Vassallo, f’laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta tenna l-htiega li kemm in-negozjanti, kif ukoll il-Valletta Rehabilitation Committee u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jkollhom laqghat minn zmien ghal zmien, biex jissolvew certi problemi f’dan ic-Centru. Huwa qal li ghandu jkun hemm koperazzjoni ukoll bejn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u s-Segretarjat ghas-Servizzi Ekonomici, biex jigu moqdija ahjar il-htigijiet tal-Komunita’ Kummercjali tal-Belt. Bit-titjib tac-centru kummercjali ghandhom igawdu anke r-residenti tal-Belt.

Din il-laqgha saret fid-dawl ta’ l-impenn tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo li certi nuqqasijiet li hemm fic-centru kummercjali tal-Belt jigu rrangati kemm jista’ jkun malajr, qabel il-qofol tal-bejgh tal-festi tal-Milied, fejn wiehed jistenna li jkun hemm zieda fil-kummerc.

Edwin Vassallo wieghed l-appogg kollu tas-Segretarjat fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta f’kull inizjattiva li tista’ ittejjeb ic-centru kummercjali fil-Belt.

27.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow