Se jkun estiz progett ta' l-E.U. favur il-harsien ta' l-Ambjent
Se jkun estiz progett ta' l-E.U. favur il-harsien ta' l-Ambjent
Is-sena d-diehla l-fabbriki kbar f’Malta se jkunu mhegga biex jibdew jiehdu sehem fuq bazi volontarja fil-programm EMAS, li hu progett favur il-harsien ta’ l-ambjent finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalghodu zar l-impjant ta’ ST Microelectronics f’Hal Kirkop fejn attenda ghal wahda minn sensiela ta’ attivitajiet dwar l-ambjent li qed torganizza din il-kumpannija.
Ghall-attività tal-lum twaqqaf stazzjoni tar-radju b’sign call specjali 9H3EDA bl-iskop li jitwassal il-messagg tal-kumpannija dwar il-harsien ta’ l-ambjent. Din il-kumpannija kienet fost minn ta’ l-ewwel f’Malta li bdiet, u ghadha, tiehu inizjattivi biex thares l-ambjent.
Filwaqt li fahhar l-inizjattivi li qed tiehu l-kumpannija u s-sehem ta’ l-impjegati fil-harsien ta’ l-ambjent, il-Ministru Zammit Dimech fakkar li fl-1993 l-Unjoni Ewropea bdiet tohrog direttivi ebsin dwar l-ambjent u introduciet l-iskema EMAS (Eco Management Audit Scheme) halli tghin lill-industriji biex, fuq bazi volontarja, isegwu dawk id-direttivi.
Hu qal li, permezz tad-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent, il-Gvern Malti kien beda jiehu passi biex Malta tkun tista’ tippartecipa taht din l-iskema halli l-industriji f’Malta jkunu jistghu jibdew ihejju ruhhom ghal din il-mentalità gdida favur l-ambjent.
Bl-ghajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea, bhalissa jinsab ghaddej b’success progett-pilota li fih qed jippartecipaw madwar 50 kumpanniji zghar u ta’ daqs medju. Il-hsieb tal-Gvern issa hu li minn Gunju tas-sena d-diehla din l-iskema tkun estiza ghall-intraprizi kollha tal-manifattura u dan qed isir bl-appogg shih tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji, kompla l-Ministru ghall-Ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech enfasizza l-htiega li l-poplu jinvolvi ruhu aktar f’inizjattivi favur il-harsien ta’ l-ambjent halli b’hekk tkun tista’ tonqos il-hsara li qed issir fl-interess tal-generazzjonijiet li ghad iridu jigu.
24.10.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN