Zjara mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fl-Ufficcju ta' l-IPSE fil-Marsa
Zjara mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fl-Ufficcju ta' l-IPSE fil-Marsa
Waqt zjara li ghamel is-Sur Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici fejn ghaliha kien hemm prezenti ic-Chairman tal-Mid Med Bank, is-Sur Alfred Mifsud u ufficjali ohra ta’ l-IPSE, giet diskussa l-importanza tan-negozji z-zghar u ta’ daqs medju.
Fl-introduzzjoni tieghu is-Sur Mifsud qal li l-Bank beda jaghraf ahjar l-importanza ta’ dan is-settur u wieghed l-impenn tal-Bank li jghin in-negozji z-zghar anke b’Venture Capital. Issemmew diversi inizzjattivi ohra li fi hsiebhom jiddahhlu fil-futur biex jghinu n-negozji z-zghar u ta’ daqs medju.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, b’interess partikolari lejn is-Self Employed, fiehem l-iskop ta’ din il-laqgha bhala wiehed t’importanza sabiex tingharaf il-htiega ta’ l-investiment biex ikun jista’ jkun hemm kontinwazzjoni u zvilupp fin-negozji z-zghar u ta’ daqs medju tal-pajjiz.
Minn laqghat li ghamel is-Segretarju Parlamentari ma’ diversi setturi tas-Self Employed wiehed ma setax ma jinnutax il-preokkupazzjoni tad-diversi setturi rigward il-qasam ta’ l-investiment b’riferenza partikolari ghan-negozji z-zghar u ta’ daqs medju. Huwa tenna li bhala Gvern qed isiru t-thejjijiet kollha possibbli biex in-negozju z-zghir u ta’ daqs medju jigi incentivat u nghinuh jerga’ jiehu l-hajja.
It-tibdil fis-sistema ta’ tassazzjoni ghal ‘dazju u sisa’ u budgets ta’ awsterità lkoll ikkontribwew biex in-negozji stagnaw. Illum hawn stennija ghal budget li ghandu jghin biex fuq kollox in-negozju jinghata l-hajja u r-rota terga’ tibda ddur. Ghaldaqstant Edwin Vassallo wera x-xewqa li f’dan iz-zmien transitorju l-Mid Med Bank ikun aktar sensittiv minn qatt qabel u enfasizza l-bzonn li l-Bank jghin bis-serjeta’ lil dan is-settur. Din hija sfida u fuq kollox dmir. Ghandu jkun hemm Customer Careli verament ikun sensittiv lejn il-htigiet tan-negozji z-zghar u ta’ daqs medju sabiex jghinuhom iqumu fuq saqajhom.
Il-laqgha giet konkluza billi giet accennata l-importanza ta’ dan is-settur ghall-ekonomija nazzjonali. Is-Segretarju Parlamentari wera x-xewqa li jahdem fil-qrib ma’ dan ic-Centru ta’ l-IPSE tal-Bank u awgura aktar inizjattivi godda fil-futur.
23.10.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN