Introduzzjoni ta' Charter ghad-Drittijiet tal-Pazjent
Introduzzjoni ta' Charter ghad-Drittijiet tal-Pazjent
Il-Gvern jaghti garanzija li s-servizz tas-sahha jkun accessibbli ghal kulhadd; barra minn hekk, qed issir hidma biex fl-iqsar zmien possibbli, ikun introdott Charter ghad-Drittijiet tal-Pazjent bil-ligi.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta llum wara nofsinhar indirizza konferenza ta' l-ahbarijiet, flimkien mal-Maria Bugeja Cancer Support Foundation. Matul din il-konferenza ta' l-ahbarijiet li kellha bhala tema "Id-Drittijiet tal-Pazjent", il-Ministru tas-Sahha tkellem dwar l-impenn tal-Gvern biex jaghti lill-pazjenti l-akbar ghazla wiesgha possibbli.
Louis Deguara tenna li l-Gvern qed jintensifika l-impenn tieghu biex jinstabu forom godda ta' koperazzjoni mas-settur privat, specjalment f'dak li ghandu x'jaqsam ma dawk li jinsabu f'pozizzjoni zvantaggjata. Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Gvern ghandu responsabbilta‘ specjali ghal din is-sezzjoni tas-socjeta‘. Il-Ministru Deguara tenna li l-Gvern jemmen li l-pazjenti ghandu jkollhom l-ahjar servizz u hu ghalhekk li l-Gvern qed jimmira ghal livell ta' kura ta’ eccellenza u jintroduci l-izviluppi godda li jsehhu f'dan il-qasam.
Is-success tal-vizjoni li ghandu l-Gvern jiddependi mis-success tar-riforma fil-qasam tal-Kura Primarja, sostna Louis Deguara. Il-Gvern ghandu l-hsieb li jirriforma d-Dipartiment tal-Kura Primarja billi jifrex is-servizzi fil-komunita' u fid-djar tal-pazjenti. B' hekk is-servizz ikun aktar customer-friendly u fl-istess hin jittaffa l-piz fuq l-isptarijiet.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Gvern hu konxju wkoll li qabel jiehu decizjonijiet importanti, ghandha ssir konsultazzjoni ma' dawk kollha koncernati, inkluz l-impjegati, il-klijenti u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jahdmu f'dan is-settur. Hu tenna li l-pazjent ghandu jkun mismugh u hu ghalhekk li, 3 snin ilu, kien infetah l-Ufficcju tal-Customer Care fl-iSptar San Luqa. Louis Deguara habbar li dan is-servizz ser ikun estiz ghall-qasam tas-sahha kollu u aktar minn hekk, fl-iqsar zmien possibbli, id-Divizjoni tas-Sahha tkun f'pozizzjoni li tintroduci Charter ghad-Drittijiet tal-Pazjent b' ligi.
Louis Deguara tkellem ukoll dwar id-dikjarazzjoni rigward id-drittijiet tal-pazjenti bil-kancer li kienet mnedija mill-Cancer Link. Hu qal li dawn id-drittijiet huma wkoll drittijiet ta' dawk li mhumiex morda bil-kancer. Drittijiet li jirriflettu l-fatt li r-relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent ghandha tkun wahda fejn il-pazjent jkollu d-dritt li jippartecipa f'decizjonijiet li huma sinjifikanti ghalih. Biex dan isir, tenna l-Ministru Deguara, il-pazjenti ghandu jkollhom informazzjoni ezatta. Biex dan l-ghan jintlahaq, il-professjonisti fil-qasam tas-sahha ghandhom jiddedikaw hin biex jisimghu, kif ukoll ikunu lesti li jipprovdu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni medika tal-pazjent u dak li jista' jigri 'l quddiem. Barra minn hekk, kull decizjoni trid tittiehed fuq kull pazjent individwalment.
Il-Ministru Deguara qal li hija xorti tajba li f'Malta hawn movimenti li jiddedikaw x-xoghol u l-hin taghhom ghal pazjenti b' mard terminali u ghall-familji taghhom u jaghtuhom support psikologiku biex jaffrontaw il-marda.
Hu temm billi rringrazzja lill-Maria Bugeja Cancer Support Foundation ghax-xoghol li twettaq fl-interess tal-pazjenti morda bil-kancer u l-familji taghhom u awgura lill-fondazzjoni success fil-bini tal-kwartieri l-godda taghha.
23.10.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN