Left arrow Mur Lura

Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali dwar caqliq ta' Assistenti Socjali Kazwali

PR1899
Date Icon 23/10/1998

Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali dwar caqliq ta' Assistenti Socjali Kazwali

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici jichad kategorikament li c-caqliq ta’ l-Assistenti Socjali Kazwali li sar u li ser ikompli jsir fil-granet li gejjin ghamlu b’xi mottiv politiku wisq aktar vendikattiv warajh.

B’referenza ghall-istqarrijiet li l-Partit Laburista u l-GWU hargu dwar dan ic-caqliq irid jinghad dan li gej:-

1. Qabel xejn id-Dipartiment ghall-Anzjani hass il-htiega li jaghmel dan ic-caqliq minhabba li d-Djar ta’ l-Anzjani u d-Day Centres ma kienux qeghdin jitmexxew kif suppost b’detriment kbir ghall-anzjani.

2. Ma ddahhlet ebda Assistenta Socjali Kazwali gdida jew xi wahda li qabel ma kienetx digà taghmel dak ix-xoghol.

3. F’xi kazi, id-Dipartiment kellu jimxi mar-rakkomandazzjoni ta’ l-Ombudsman. Din ir-rakkomandazzjoni saret wara li kien tressaq kaz quddiem l-Ombudsman dwar allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni fil-konfront ta’ Casual Social Assistant mill-Gvern precedenti.

4. Kuntrarju ghal dak li inghad, ebda impjegata f’rwol manigerjali ma ntbaghtet taghmel xoghol ta’ hasil fid-Djar ta’ l-Anzjani.

5. Dawk l-Assistenti Socjali Kazwali li mid-Djar tal-Gvern ta’ l-Anzjani jew mid-Day Centres gew mitluba jmorru jaghmlu xoghol fid-Djar ta’ l- Anzjani, gew offruti ammont ta’ sighat ta’ xoghol ekwivalenti ghal dawk li kellhom qabel. Dan kuntrarju ghal dak li gara sentejn ilu meta s-sieghat ta’ xoghol ta’ xi Assistent Socjali Kazwali tnaqqsulhom sahansitra anke bin-nofs, b’dannu finanzjarju ghalihom.

6. Mhux minnu li l-ufficju inkarigat mill-Home Help Service, is-Sinjura Emma De Lucca, qalet xi kliem fis-sens li min ma jghogbux jista’ jirrizenja. Is-Sinjura De Lucca kienet qed taghmel ix-xoghol mitlub minnha, li tispjega lill-Assistent Socjali Kazwali involuti d-doveri godda taghhom.

Id-Dipartiment ghall-Anzjani huwa ddeterminat li fil-jiem li gejjin ikompli jaghmel dak it-tibdil mehtieg, biex jiggarantixxi li s-servizz l-anzjani jitjieb u mhux imur lura, kif sfortunatament gara fl-ahhar sentejn taht il-Gvern precedenti. Barra minn hekk, f’dan il-process iridu jkomplu jissewwew dawk l-ingustizzji li saru fil-konfront ta’ numru ta’ Assistent Socjali Kazwali fl-ahhar sentejn.

23.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow