Zjara mill-Ministru tal-Politika Socjali f'Ghawdex
Zjara mill-Ministru tal-Politika Socjali f’Ghawdex
Bhala parti mill-programm ta’ zjarat fid-dipartimenti, agenziji u organizazzjonijiet volontarji li jaqghu taht ir-responsabilita’ tieghu, il-Ministru tal-Politika Socjali Dr. Lawrence Gonzi, ghamel zjara ta’ gurnata f’Ghawdex.
Wara laqgha mal-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, il-Ministru Gonzi spjega li l-ghan ta’ din iz-zjara kienet wahda li tressaq liz-zewg ministeri koncernati aktar qrib ta’ xulxin f’dawk ir-responsabilitajiet li huma komuni ghat-tnejn.
Iz-zewg Ministri qablu li ufficcji bhal Short Term Benefits Section, Reconciliation Section, Care of the Elderly u Children & Family Services diga jiffunzjonaw tajjeb minn Ghawdex, u ghalhekk hija l-intenzjoni tal-Gvern li fil-futur jkabbar dawn is-servizzi ghall-Ghawdxin, u hekk it-tieni grupp ta’ haddiema Ghawdxin f’dan il-qasam jingiebu jahdmu fi gzirithom stess.
Gie emfasizzat wkoll l-importanza ta’ l-Area Offices tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali bhal dawk fir-Rabat u fin-Nadur. Dawn ghandhom ikunu l-punt tal-kuntatt mal-poplu u ghalhekk jehtieg li jittejbu l-ambjent u s-servizzi li jinghataw minnhom. Is-servizzi moghtija minn dawn l-Area Officesghandhom ikunu ta’ servizz u kwalita’ gholja, b’mod li jkunu jistghu jidentifikaw il-problemi socjali u joffru soluzzjoni lil min jaghmel uzu minnhom.
Il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, filwaqt li laqghet lill-Ministru Gonzi bhala l-ewwel Ministru ta’ dan il-Gvern fuq zjara ufficcjali f’Ghawdex, qalet li zjarat bhal dawn jikkonsolidaw il-koperazzjoni li tezisti bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u d-diversi Ministeri l-ohra tal-Gvern. Huwa l-impenn tal-Gvern prezenti, li permezz ta’ din il-koperazzjoni jitjieb l-ambjent tax-xoghol u s-servizzi moghtija f’Ghawdex, ghal beneficcju tal-haddiema u tal-poplu Ghawdxi kollu.
Il-Ministru ghal Ghawdex sahqet fuq l-importanza li kull haddiem jikkopera biex intejbu l-kwalita’ ta’ xoghol u biex insahhu s-sens ta’ customer care. Il-Ministru Debono uriet s-sodisfazzjon taghha biex kif qal il-Ministru Gonzi, titwettaq il-weghda elettorali li kemm jista’ jkun jinholqu opportunitajiet ta’ xoghol ghal Ghawdxin f’Ghawdex. Hija fakkret ukoll li l-programm taz-zjara ta’ Dr.Gonzi f’Ghawdex kienet tinkludi wkoll zjarat lill-Ghaqdiet Volontarji Ghawdxin. Dan mhux biss juri sens ta’ apprezzament lil dawn l-ghaqdiet minn naha tal-Gvern tal-gurnata, izda anke impenn ta’ inkoraggiment u ghajnuna fil-bzonnijiet taghhom.
22.10.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN