Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Valletta Rehabilitation Committee

PR1893
Date Icon 22/10/1998

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Valletta Rehabilitation Committee

Waqt zjarat li ghamel s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, lis-sidien tal-hwienet tal-Belt Valletta, issemmew diversi nuqqasijiet infrastrutturali f’dan ic-Centru Kummercjali ewlieni. Bhala s- Segretarju Parlamentari inkarigat minn Negozji z-Zghar u b’impenn shih mal-politika tal-Gvern li jerga’ jqajjem in-negozju minn stagnar li waqa’ fih, huwa wieghed l-appogg kollu tieghu biex dawn in-nuqqasijiet jigu rrangati qabel il- qofol tal-festi tal-Milied.

Ghaldaqstant, l-Onor. Edwin Vassallo, kellu laqgha mal-Valletta Rehabilitation Committee fejn gew identifikati dawn il-problemi, li jinkludu nuqqas ta’ dawl, assenza ta’ bollards, is-sitwazzjoni hazina ta’ Triq Melita, u nuqqas ta’ gradilji, li ghadhom m’humiex lesti, quddiem l-entratura tal-hwienet fi Triq ir-Repubblika li qieghed jikkawza problemi kbar.

Bil-ghajnuna tal-Ministeru ta’ l-Ambjent u ta’ l-istess Valletta Rehabilitation Committee gie mfassal pjan ta’ azzjoni immedjata. Fost affarijiet ohra, ser issir zjara fil-Funderija fejn qeghdin jinhadmu il-gradilji bl-iskop li dawn jitlestew fl-inqas zmien possibbli.

Il-gimgha d-diehla ser issir laqgha mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-problemi li jolqtu lill-lokal ikunu diskussi aktar.


22.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow