Left arrow Mur Lura

Assistenza finanzjarja lil Ghaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi f'Ghawdex

PR1884
Date Icon 21/10/1998

Assistenza finanzjarja lil Ghaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi f'Ghawdex


Organizzazzjonijiet mhux Governattivi f’Ghawdex, li jwettqu hidma volontarja fl-oqsma socjali u kulturali tal-gzira, jistghu japplikaw biex jippartecipaw fi skema specjali ta’ assistenza finanzjarja ghal din is-sena, imnedija mill-Ministeru ghal Ghawdex.

Din l-ghajnuna li ma taqbizx il-Lm500 ghal kull organizzazzjoni li tintghazel, tinghata b’appogg ghall-hidma li l-istess organizzazzjonijiet ikunu qed iwettqu. Id-decizjonijiet tas-Segretarju Permanenti dwar l-ghaqdiet li ghandhom jinghataw ghajnuna u l-ghajnuna li tinghata hija finali. Tinghata preferenza lil proposti li huma prijorita’ ghall-Ministeru ghal Ghawdex.

L-ghan ewlieni ta’ l-iskema hu li ssahhah it-tessut socjali f’Ghawdex permezz tal-hidma ta’ ghaqdiet volontarji Ghawdxin. Jigu kkunsidrati fost l-ohrajn progetti ta’ l-infrastruttura, manutenzjoni ta’ l-infrastruttura, xiri ta’ taghmir kif ukoll programmi u attivitajiet li jgibu ’l quddiem l-izvilupp tar-rizorsi umani.

Ghaqdiet volontarji li jahdmu f’Ghawdex jistghu jiehdu applikazzjonijiet ghal din l-iskema ta’ghajnuna, mill-Ministeru ghal Ghawdex. Dawn l-applikazzjonijiet jintlaqghu mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghal Ghawdex, sa mhux iktar tard minn nofs inhar tal-Gimgha, 6 ta’ Novembru 1998. Ghaqdiet interessati jistghu jcemplu fuq 561482, ghal iktar informazzjoni.


21.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow