Left arrow Mur Lura

Il-Progett ta' Manoel Island u Tigne' diskuss ma' Kunsilli Lokali

PR1878
Date Icon 20/10/1998

Il-Progett ta' Manoel Island u Tigne' diskuss ma' Kunsilli Lokali

Il-proíett ta’ Manoel Island u Tignè kien fost is-suííetti diskussi waqt laqgóa li l-Ministru góall-Ambjent Francis Zammit Dimech kellu l-lejla mal-Kunsilli Lokali ta’ Tas-Sliema, tal-Gúira u ta’ Ta’ Xbiex.

Il-laqgóat tal-lejla huma parti minn sensiela ta’ laqgóat li l-Ministru Zammit Dimech qed ikollu mal-Kunsilli Lokali kollha fl-uffiðini rispettivi tagóhom. Diíà ftit tal-íranet ilu hu ltaqa’ mal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera, li magóhom kienu diskussi, fost l-oórajn, proíetti li hemm il-ósieb li jsiru fil-Kottonera. Il-lejla wkoll, il-Ministru góall-Ambjent iltaqa’ wkoll mal-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida, filwaqt li góada mistenni jiltaqa’ mal-Kunsilli Lokali ta’ San Íiljan u tas-Swieqi.

Fil-laqgóa mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kien diskuss kemm il-proíett ta’ Manoel Island u Tignè kif ukoll il-proíett ta’ embellishment f’Tas-Sliema.

Punt li tqajjem waqt din il-laqgóa kien l-allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni alternattiva lil numru ta’ familji li góadhom joqodgóu f’Tignè. Filwaqt li semma li dawn il-familji se jkunu jistgóu jibqgóu joqogódu f’dawk l-inóawi billi jkunu provduti b’akkomodazzjoni li se tinbena góalihom, il-Ministru Zammit Dimech qal li dalwaqt issir laqgóa ta’ diskussjoni diretta ma’ dawn ir-residenti dwar din il-materja.

Fl-istess laqgóa, il-Ministru Zammit Dimech óabbar li x-xogólijiet li qed ikunu ippjanati biex tissebbaó Tas-Sliema, inkluúi l-inóawi ta’ Qui-si-Sana, se jibdew is-sena d-dieóla. Bóalissa qed ikunu finalizzati l-pjanti u d-disinji mid-Dipartiment tax-Xogólijiet fi ódan il-Ministeru góall-Ambjent.

L-enfasi tad-diskussjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gúira kienet il-proíett ta’ Manoel Island, b’mod partikolari l-impatt li dan il-proíett jista’ jkollu fuq il-faðilitajiet sportivi kif ukoll l-access road li trid tinbena bóala parti minn dan il-proíett.

Mal-Kunsilli Lokali ta’ Ta’ Xbiex u ta’ l-Imsida kienu diskussi ótiíiet f’dawk il-lokalitajiet. Fil-laqgóa mal-Kunsill ta’ l-Imsida tqajmet ukoll il-problema tal-góargóar mix-xita. Il-Ministru Zammit Dimech ikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jaódem biex tinstab soluzzjoni góal din il-problema kif diíà góamel bil-óidma li wettaq fis-snin li góaddew.

20.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow