Evalwazzjoni tal-MATSEC
Evalwazzjoni tal-MATSEC
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, wara li analizza r-rapporti li saru f’dawn l-ahhar xhur dwar ir-rizultati tal-MATSEC, talab li jsir ezercizzju li jezamina s-sitwazzjoni prezenti kif ukoll jaghmel proposti korrettivi halli tigi msahha s-sistema kollha tal-MATSEC.
Din il-mizura hija konformi mal-programm elettorali tal-Gvern (Kap. III, para. 73) li jghid
"Tinghata harsa mill-gdid lejn is-sistema tal-MATSEC wara li jigi pubblikat analizi serja ta’ dak li gara fl-ahhar ezamijiet biex tissahhah il-fiducja fis-sistema mill-istudenti, il-genituri u l-ghalliema u r-rikonoxximent ta’ l-istandards u c-certifikati Maltin. F’dan kollu jara li jkun hemm djalogu u tishib genwin bejn l-Universita’, il-Junior College, is-Sixth Forms tal-Knisja u dawk privati, is-saff sekondarju ta’ l-iskejjel kollha u l-Bord tal-MATSEC
L-ezercizzju ser isir mill-awtoritajiet ta' l-Universita` u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni bl-ghajnuna ta' Bord indipendenti maghmul b'dan il-mod:
Chairperson: Is-Sur Maurice Zarb Adami
Membri: Is-Sinjura Frances Sammut
Is-Sur Sebastian F. Debono
L-iskop ta’ dan l-ezercizzju ser ikun li:
i. jezamina u jirraporta fuq l-allegazzjonijiet li saru fil-gazzetti u l-media dwar zbalji u/jew irregolaritajiet fir-rizultati tal-MATSEC fl-1998;
ii. jirrakkomanda mizuri mehtiega biex tissawwar organizzazzjoni ahjar ta’ l-ezamijiet u l-marki tal-MATSEC, u kif ukoll il-pubblikazzjoni tar-rizultati biex jissahhu l-kredibilita’ u l-integrita’ tal-MATSEC;
iii. jirraporta fuq kull materja mressqa waqt dan l-ezercizzju li tkun tehtieg aktar ricerka u djalogu biex tkompli tittejjeb is-sistema tal-MATSEC.
Il-Bord hu mahsub li jressaq ir-rapport tieghu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni sa l-ahhar ta' Novembru, 1998.
16.10.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN