Left arrow Mur Lura

Il-Jum Dinji ta' l-Ikel imfakkar f'Ghawdex

PR1860
Date Icon 16/10/1998

Il-Jum Dinji ta' l-Ikel imfakkar f'Ghawdex

Il-Jum Dinji ta’ l-Ikel gie ccelebrat fil-gzira Ghawdxija bi programm varjat imtella’ mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura fis-Sala Guze Micallef fix-Xewkija. Ghal dan il-programm kienu mistiedna l-Ministru ghal Ghawdex l-Onorevoli Giovanna Debono, is-Sindki tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin, Kapijiet ta’ l-Iskejjel u tfal minn skejjel primarji u sekondarji Ghawdxin.

Fid-diskors taghha l-Ministru tenniet li t-tema maghzula ghal din is-sena, "Women Feed the World", hija wahda f’lokha hafna ghaliex tistedinna naghtu harsa lejn is-sehem tan-nisa fil-produzzjoni ta’ l-ikel fil-pajjizi sotto-zviluppati. Hija sahqet li n-nisa ghandhom rwol importanti ferm f’dan il-qasam ghaliex fil-pajjizi fejn l-attivita’ principali hija t-tkabbir ta’ l-ikel, in-nisa jipproducu l-parti l-kbira ta’ l-ikel ikkunsmat fi djarhom. Il-Ministru qalet li hafna drabi n-nisa f’dawn il-pajjizi huma mcahhda minn access ghall-edukazzjoni, tahrig fuq teknologija moderna, kif ukoll ghall-mezzi ta’ kura, access ta’ flus u drittijiet fuq l-art li jahdmu.

Il-Ministru Debono sostniet illi hemm bzonn li l-vuci ta’ dawn in-nisa tinghata aktar sahha, sabiex fejn possibbli tinstab soluzzjoni vijabbli ghall-bzonnijiet, problemi u prijoritajiet taghhom. Hija temmet id-diskors billi awgurat illi fil-futur id-decizjonijiet fil-qasam tal-produzzjoni ta’ l-ikel ikunu bbazati fuq l-esperjenza ta’ partecipazzjoni shiha miz-zewg sessi, ghall-beneficju ta’ dinja ahjar.

Waqt il-programm il-Ministru ghal Ghawdex qassmet diversi hampers lir- rapprezentanti ta’ Istituti tal-Karita’ f’Ghawdex. Fl-istess okkazjoni, il-Familja Cini mill-Fontana giet ippremjata bil-medalja moghtija mill-FAO lil dik il-familja li tkun tat kontribut siewi fil-qasam ta’ l-ikel fi gziritna. Il-Kunsilli Lokali u studenti mill-Iskejjel Ghawdxin ukoll taw ghotjiet ta’ flus b’risq progett agrarju li s-Socjeta’ tal-MUSEUM bi hsieba tibni fil-Kenja.


16.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow