Imnedija l-Kampanja "Kul 5 Kuljum"
Imnedija l-Kampanja "Kul 5 Kuljum"
Sahhitna hija wahda mir-rizorsi prezzjuzi li fuqha tiddependi l-kwalita’ tal-hajja li ngawdu. Ghaldaqstant huwa importanti li nharsu sahhitna minn kull hsara li jista’ jsirilha.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li matulha inghataw dettalji dwar il-kampanja tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha Kul 5 Kuljum.
Louis Deguara qal li anke d-dokument Health Vision 2000 li kien pubblikat fl-1995, jishaq fuq l-importanza tal-harsien tas-sahha. Fil-fatt dan id-dokument isostni li l-prevenzjoni tal-mard ghandha tiehu priorita’ f’kull stadju, jigifieri kemm dak primarju, sekondarju u terzjarju.
Il-Ministru tas-Sahha tenna li aktar ma jkunu investiti rizorsi fil-prevenzjoni tal-mard fl-istadju primarju, aktar jitnaqqas il-piz fuq l-istadji l-ohra.
Louis Deguara qal li l-kampanja Kul 5 Kuljum tolqot ukoll wahda mill-miri li kienet tfasslet fid-dokument Health Vision 2000, jigifieri, li tinghata direzzjoni lill-poplu dwar dak li jaghmel gid ghas-sahha kif ukoll li tinghata direzzjoni lill-industrija ta’ l-ikel f’pajjizna biex tolqot id-domanda ghal ikel tajjeb ghas-sahha.
Hu kompla jghid li anke l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (W.H.O.) tinsisti dwar iz-zieda fil-konsum tal-haxix u l-frott fid-dieta. Ghalhekk, tenna l-Ministru tas-Sahha, il-messagg tal-kampanja Kul 5 Kuljumhu dwar l-importanza tal-prezenza ta’ frott u haxix fid-dieta tal-Maltin u l-Ghawdxin.
Louis Deguara enfasizza wkoll dwar l-importanza li l-industrija, kif ukoll il-qasam tal-biedja u s-sajd jipprovdu ikel tajjeb ghas-sahha li jkun facli li jinstab u jinxtara. Il-Ministru tas-Sahha irringrazzja lill-kumpanija SAFARI li hija l-isponsor ta’ din il-kampanja u temm billi awgura lill-Maltin u Ghawdxin sahha ahjar billi jieklu hames porzjonijiet ta’ frott u haxix kuljum.
16.10.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN