Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar azzjoni ndustrijali mill-GWU
Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar azzjoni ndustrijali mill-GWU
Id-Dipartiment tas-Sahha jirreferi ghal rapporti fuq il-mezzi tax-xandir dwar direttivi ta’ azzjoni industrijali moghtija mill-General Workers Union lill-haddiema fid-Divizjoni tas-Sahha.
Id-Dipartiment jirrileval-ewwelnett illi minkejja li d-Dipartiment talab kjarifika dwar liema kienu dawk is-sezzjonijiet li dwarhom il-GWU kienet qeghda tirregistra azzjoni industrijali, sa issa d-Divizjoni tas-Sahha ghadha ma nghatatx l-informazzjoni mitluba. Lanqas ghadhom ma gew komunikati lid-Divizjoni tas-Sahha d-direttivi mahruga mill-Union.
Peress li l-informazzjoni dwar l-azzjoni industrijali f’idejn id-Dipartiment mhijiex ufficjali, ma jistghux isiru l-investigazzjonijiet mehtiega dwar dak li qed tallega il-Union.
Madanakollu, fil-kaz tas-Security Guards, id-Dipartiment ifakkar illi il-procedura ta’ rotazzjoni kull tliet xhur tas-Security Guards, kienet inbdiet fl-1997. L-Amministrazzjoni prezenti indikat lid-Dipartiment illi taqbel ma’ sistema ta’ rotazzjoni, imma illi din tkun fuq bazi ta’ sena. Il-GWU taf li sistema ta’ rotazzjoni tinvolvi zbilanc inevitabbli fit-tqassim tal-haddiema fl-erba’ shifts u dan irid jigi korett biex il-coverage ikun kemm jista’ jkun uniformi. Hekk kien isir matul l-ahhar sena u hekk qed isir illum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN