Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghal Ghawdex tiltaqa' mal-Kunsilli Skolastici Ghawdxin

PR1851
Date Icon 15/10/1998

Il-Ministru ghal Ghawdex tiltaqa' mal-Kunsilli Skolastici Ghawdxin

"Il-Kunsilli Skolastici ghandhom ikunu l-mezz li jqarrbu lill-iskola u l-amministrazzjoni taghha lejn il-familja biex flimkien noholqu edukazzjoni kontinwa li tibda mid-dar u titkompla fil-klassi."

Dan sostnietu l-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, meta indirrizat lill-Presidenti u Segretarji tal-Kunsilli Skolastici Ghawdxin f’laqgha li saret fil-Ministeru ghal Ghawdex. Il-Ministru Debono qalet li kif gie mwieghed fil-Programm Elettorali, l-amministrazzjoni tal-lum hija impenjata li l-iskejjel jkollhom stil ta’ tmexxija partecipattiva bejn ghalliema, genituri, studenti u l-komunita’ lokali. Hija hegget lill-Kunsilli Skolastici biex matul is-sena skolastika li gejja jimpenjaw ruhhom biex janalizaw il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-gdid. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jixtieq jircievi l-veduti ta’ kull Kunsill Skolastiku, partikolarment dawk fil-Livell Primarju. ‘Dan huwa ezercizzju importanti hafna, li jirrikjedi impenn serju ghax minnu jiddependi l-frott li ser nahsdu mill-edukazzjoni ta’ wliedna fil-futur.’


Il-Ministru Debono irringrazzjat lill-membri kollha tal-Kunsilli Skolastici ghall-impenn u dedikazzjoni taghhom f’dan is-servizz volontarju u weghdithom l-ghajnuna u l-koperazzjoni kollha tal-Ministeru fit-titjib tal-livelli u l-ambjent edukattiv fil-gzira Ghawdxija.


15.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow