Il-Ligi li tirregolarizza r-reklamar dwar l-ikel artificjali ghat-tfal se tinghata prijorita'
Il-Ligi li tirregolarizza r-reklamar dwar l-ikel artificjali ghat-tfal se tinghata prijorita'
Waqt zjara fl-iSptar Karen Grech, il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, habbar li l-ligi li tirregolarizza r-reklamar dwar l-ikel artificjali ghat-tfal se tinghata priorità fuq l-agenda tal-Parlament.
Fost l-ohrajn din il-ligi taghti linji ta’ gwida u timponi restrizzjonijiet fuq ir-reklamar tal-halib artificjali.
Louis Deguara kien qed izur l-isptar flimkien ma’ l-Assocazzjoni tal-Konsulenti dwar it-Treddigh, l-Assocazzjoni tal-Qwiebel u l-Unit ghall-Promozzjoni tas-Sahha fl-okkazjoni tal-Gimgha favur it-Treddigh.
Il-Ministru tas-Sahha qal li f’pajjizna r-rata ta’ ommijiet li jaghzlu t-treddigh bhala l-forma ewlenija ta’ ikel ghal uliedhom hi baxxa hafna, meta mqabbla ma’ pajjizi ohra madwar id-dinja. Mill-ommijiet li jwelldu u jhallu l-isptar, huma biss 50 fil-mija taghhom li jaghzlu li jreddghu lil uliedhom. Din ic-cifra tkompli tonqos ladarba dawn l-ommijiet ihallu l-isptar minhabba nuqqas ta’ informazzjoni u pariri hziena li jinghataw.
Matul din iz-zjara l-ommijiet prezenti fl-isptar Karen Grech inghataw fjura mill-membri ta’ l-Assocazzjoni tal-Konsulenti dwar it-Treddigh.
15.10.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN