Il-Gvern qed jahdem biex jigi ffinalizzat l-ingagg ta' xufiera godda ta' l-Ambulanzi
Il-Gvern qed jahdem biex jigi ffinalizzat l-ingagg ta' xufiera godda ta' l-Ambulanzi
Waqt intervista fuq stazzjon tar-radju privat, il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, habbar li matul l-ewwel xahar tieghu, il-Gvern qed jahdem fuq pjan biex jiffinalizza l-ingagg ta’ numru ta’ xufiera godda ta’ l-ambulanzi, li l-ezami taghhom sar aktar minn sentejn ilu.
Il-Ministru tas-Sahha qal li matul l-ahhar sentejn, dan il-process kien twaqqaf u ma sar xejn fuqu. Louis Deguara sostna li dan l-ingagg ikompli jghin biex is-servizz ta’ l-ambulanzi jitjieb u dan billi jizdied in-numru ta’ xufiera ta’ l-ambulanzi li jkunu mharga sew fuq ix-xoghol taghhom.
Hu sostna li meta kien ser isir l-ingagg ta’ dawn ix-xufiera fl-1996, il-pjan kien li wara li jsir l-ezami u jintghazlu dawn l-impjegati, huma jinghataw kors specjalizzat biex b’hekk jitjieb is-servizz li jinghata minn din it-taqsima tad-Dipartiment tas-Sahha.
Louis Deguara qal li matul l-ahhar sentejn dan il-process twaqqaf minkejja li fl-1996 kienu digà saru l-ezamijiet u wkoll kienu ntghazlu dawn ix-xufiera. Hu temm jghid li b’hekk bhalissa qed isir xoghol biex dan il-process ikun finalizzat.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN