Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni mistieden ta' l-Aga Khan ghal Ghoti tal-Premju ghall-Arkitettura
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni mistieden ta' l-Aga Khan ghal Ghoti tal-Premju ghall-Arkitettura
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, irritorna Malta kmieni dalghodu wara li fi tmiem il-gimgha ha sehem fl-attivitajiet ta’ l-Ghoti tal-Premju Aga Khan ghall-Arkitettura (Aga Khan Award for Architecture) li gie organizzat fi Granada, fi Spanja. Tul iz-zjara tieghu fi Granada, il-Ministru Galea kellu l-opportunita’ jiltaqa’ mar-Re Juan Carlos, li presjeda l-okkazjoni. Il-Ministru kellu wkoll diskussjonijiet ma’ l-Aga Khan innifsu u mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Spanjola, Esperanza Aguirre Gil de Biedma.
L-istedina ghall-partecipazzjoni ta’ Malta saret aktar kmieni din is-sena mill-Aga Khan innifsu, wara li xi snin ilu Malta kienet ospitat it-Tielet Seminar Regjonali ta’ l-Aga Khan Trust for Culture dwar ‘Exploring Architecture in Islamic Cultures - Criticism in Architecture’.
Il-Premju Aga Khan ghall-Arkitettura huwa l-aktar premju prestigjuz fil-qasam ta’ l-arkitettura fid-dinja Islamika, u baqa’ jigi organizzat kull tlett snin sa mill-1977. Din hi l-ewwel darba li l-ghoti ta’ dan il-premju gie organizzat f’pajjiz tal-Punent. Il-Belt ta’ Granada, fi Spanja, giet maghzula minhabba li l-identita’, l-istorja u l-kultura taghha huma frott ta’ civiltajiet differenti, dik Islamika u dik Kristjana. Il-gurija internazzjonali tippremja dawk ix-xoghlijiet li l-ahjar jirriflettu u jinterpretaw l-erbghatax-il seklu ta’ kultura arkitettonika Islamika. Minbarra l-kwalita’ arkitettonika, tinghata wkoll importanza kbira lill-funzjoni socjali u ambjentali tal-progett maghzul. Din is-sena, il-premju li jikkonsisti f’nofs miljun dollaru, inghata lil seba’ progetti:
- Rehabilitation of Herbon Old Town
- Slum Networking of Indore City, India
- Lepers Hospital, Chopda Taluka, India
- Salinger Residence, Selangor, Malaysia
- Tuwaiq Palace, Riyadh, Saudi Arabia
- Alhamra Arts Council, Lahore, Pakistan
- Parliament Building, State Government of Madhya Pradesh, India
12.10.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN