Thejjew id-disinji dwar Embellishment f'Paceville u San Giljan
PR1823
09/10/1998
Thejjew id-disinji dwar Embellishment f'Paceville u San Giljan
F’laqgha li l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech kellu mal-Paceville and St Julian’s Embellishment Committee, kienu prezentati d-disinji li thejjew mill-perit inkarigat dwar it-tigdid li ghandu jsiru biex tinghata dehra isbah lil Paceville u San Giljan.
Dan il-Kumitat, li hu presedut mis-Sur George Micallef, kien inhatar mill-Ministeru tat-Turizmu b’kollaborazzjoni ma’ dak li qabel kien maghruf bhala l-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.Id-disinnji, li saru mill-Perit Raymond Mintoff, se jservu bhala dokument ghal diskussjonijiet li se jsiru ma’ kull min hu koncernat.Filwaqt li fakkar kemm huma popolari l-inhawi fejn qed ikun ippjanat li jsir l-embellishment, il-Ministru Zammit Dimech sahaq dwar il-htiega li x-xoghol isir bi skeda ippjanata minn qabel u bi ftehim ma’ kull involut peress li din hi zona kummercjali u turistika u fejn hemm il-hin kollu l-pubbliku prezenti. Ghalhekk hu importanti, kompla l-Ministru Zammit Dimech, li waqt li jkunu qed isiru x-xoghlijiet ghandu jkun zgurat li l-inkonvenjent ghall-pubbliku jkun mill-anqas.Waqt il-laqgha kien spjegat ukoll li t-tigdid li qed ikun ippjanat hu konsistenti ma’ dak li qed tipproponi u titlob l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, li maghha digà qed isiru konsultazzjonijiet.09.10.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN