Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru tas-Sahha rigward iffalsifikar ta' firem u tbaghbis fir-rizultati ta' l-ezamijiet tal-Paramedic Aides li saru madwar sena ilu

PR1821
Date Icon 09/10/1998

Stqarrija tal-Ministeru tas-Sahha rigward iffalsifikar ta' firem u tbaghbis fir-rizultati ta' l-ezamijiet tal-Paramedic Aides li saru madwar sena ilu

Il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, f’intervista ma’ gurnal lokali zvela li wara parir li ha mill-Avukat Generali, talab lill-Pulizija tinvestiga kaz ta’ tbaghbis fil-marki ta’ l-ezamijiet li saru lill-applikanti ghal kors ta’ paramedic aides.

Is-sejha ghall-applikazzjonijiet ghal dan il-kors kienet saret matul l-ahhar legislatura Nazzjonalista meta dak inhar bdew jintlaqghu applikazzjonijiet ghal dan il-kors. Wara, id-Dipartiment tas-Sahha kien hatar bord biex jiehu hsieb jaghmel l-intervisti lil madwar elf applikant.Ir-rapport ta’ dawn l-intervisti nghadda lid-Dipartiment ghall-pubblikazzjoni f’Settembru ta’ l-1997 u kien f’dan l-istadju li wahda mill-membri tal-bord indunat li kien hemm firem foloz fir-rapport. Id-Dipartiment tas-Sahha, filwaqt li informa lill-Ministeru tas-Sahha b’dan, beda jaghmel investigazzjoni interna u ghal dan il-ghan tqabbad bord fi Frar ta’ l-1998.Rapport ta’ espert tal-kalligrafija li kien imqabbad mill-istess bord, ikkonferma li kien hemm firem foloz.Fl-intervista, il-Ministru tas-Sahha qal li minkejja li mill-bankijiet ta’ l-Oppozizzjoni hu flimkien ma’ deputati ohra, kien ghamel diversi mistoqsijiet Parlamentari dwar dawn l-intervisti, ir-risposta dejjem kienet li twegiba tinghata f’seduta ohra u ghalhekk il-verità dwar dan il-kaz baqghet mohbija. Dan jikkonferma kemm it-trasparenza kienet biss ghall-ghajn, sostna Louis Deguara fl-intervista tieghu.Louis Deguara qal li immedjatament kif hu sar jaf b’dan il-kaz, ftit jiem wara li nhatar Ministru, ha parir minghand l-Avukat Generali li min-naha tieghu infurmah li dan huwa kaz kriminali u ghalhekk kellha tkun infurmata l-Pulizija. Il-kaz qieghed jigi investigat mill-Pulizija.B’rizultat ta’ dan it-tbaghbis u l-iffalsifikar tal-firem, bhalissa l-process ghall-ingaggar ta’ dawn l-impjegati tant necessarji ghas-servizz tas-sahha jinsab wieqaf.


09.10.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow