Left arrow Mur Lura

L-impenji tal-Gvern fil-qasam tal-Kura Mentali

PR1816
Date Icon 08/10/1998

L-impenji tal-Gvern fil-qasam tal-Kura Mentali

Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghas-Sahha Mentali, il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara elenka l-impenji tal-Gvern fil-qasam tal-kura mentali.


Il-Ministru tas-Sahha qal li din il-gurnata giet maghzula mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ghaliex inhasset il-htiega li titqajjem kuxjenza qalb il-pubbliku u l-politici dwar il-bzonn li tinbidel il-mentalita' negattiva dwar il-mard mentali u biex tinghata aktar prijorita' lis-servizzi f'dan is-settur.


Hu kkalkolat minn diversi studji li saru f'diversi pajjizi, li wiehed minn kull tlett persuni jbatu minn xi forma ta' mard mentali matul is-sena. Hu kompla jghid li biex naghrfu aktar il-piz ta' dan il-mard fil-komunita', qed isiru diskussjonijiet ma' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha sabiex isir survey bil-ghan li jkun stabbilit il-prevalenza ta' dan il-mard f'pajjizna. Il-Ministru Deguara sostna li mir-rizultat ta' dan is-survey ikunu jistghu jigu ppjanati s-servizzi necessarji li jridu jinholqu fil-komunita' sabiex b'mod globali u effettiv ikun indirizzat il-mard mentali u dak psiko-socjali .


Louis Deguara qal li l-Gvern gharaf l-importanza li jkun riformat is-Settur tas-Sahha Mentali, tant hu hekk li l-ewwel politika nazzjonali li thejjiet kienet dik dwar is-servizzi tas-sahha mentali, liema dokument kien gie ippubblikat f'1994.


Hu sostna li jemmen li kull riforma ma ghandhiex issir biex tizdied biss l-efficjenza fis-servizz, imma li tkun ta' beneficcju ghall-poplu.


Ghalhekk, qal il-Ministru tas-Sahha, dawn il-klijenti, barra li jinghataw servizz mediku tajjeb, ghandhom id-dritt li jghixu fil-komunita', li jahdmu, li jiddevertu, u li jaghmlu dawk l-affarijiet kollha normali fis-socjeta' taghna. Din il-filosofija, "li nghinek biex tghin lilek innifsek", hi l-bazi tal-politika socjali tal-Gvern, politika li trid tiggarantixxi li hadd ma jibqa' lura.


Ghalhekk bid-direzzjoni li diga' qed tinghata lid-Dipartiment, ir-riforma f'dan is-Settur trid tkun wahda holistika, fejn il-problemi kollha - kemm dawk medici kif ukoll dawk socjali - ghandhom jigu indirizzati fuq livell personalizzat peress li dawn il-problemi mhumiex komuni ghal kulhadd, tenna Louis Deguara.


Hu qal li qed jesigi wkoll li din ir-riforma tifforma parti integrali mir-riformi l-ohra li ser isiru fis-settur tas-sahha, specjalment fis-Settur tal-Kura Primarja. Jekk ma jkunx hemm kura primarja ta' livell gholi, b'servizzi adegwati fis-socjeta', isir l-izball li sar f'hafna pajjizi ohra fejn ma kienx hemm holqien ta' opportunitajiet godda ghal dawn il-klijenti biex ikunu kapaci jghixu indipendentement fis-socjeta'.

Hu habbar li diga' bdew diskussjonijiet biex ikun maghruf kif ghandha tigi riformata l-Kura Primarja. F'dawn id-diskussjonijiet ser tinghata importanza ghall-holqien ta' servizzi necessarji ghall-promozzjoni tas-sahha mentali, il-prevenzjoni ta' dan il-mard u l-kura f'waqtha u pro-attiva ghal min jigi bzonnha.It-tahrig ta' professjonijiet ukoll ser jinghata importanza fi hdan is-Settur tas-Sahha biex l-ewwel tinbidel il-kultura ta' kif inharsu lejn il-mard mentali, u t-tieni biex jkunu kapaci jaghtu servizz tajjeb f'qafas multi-dixxiplinarju.Il-Ministru tas-Sahha qal li biex inkunu effettivi f'dan is-Settur, jehtigilna nibnu alleanzi ma' setturi socjali ohra, governattivi, voluntarji, il-knisja u is-settur privat. Ghalhekk irridu nassiguraw li dawn l-alleanzi jsiru b'mod aktar formali u naghtuhom ir-rizorsi mehtiega biex jattwaw programmi ta' fejda halli nkunu nistghu nghinu lil dawn il-klijienti jghixu indipendentament fis-socjeta'.Impenn iehor ser ikun biex bil-kollaborazzjoni tas-Settur Privat, jinstab mod effettiv ta' kif jinholqu ko-operattivi u sheltered employment sabiex dawn il-klijenti tintraddilhom lura l-identita' u d-dinjita' taghhom. L-identita' li wiehed jerga’ jibda jhossu parti integrali mill-qasam socjali u ekonomiku ta' pajjizna.Il-Ministru Deguara temm billi rringrazzja lill-haddiema kollha li jahdmu fil-qasam tas-Sahha Mentali li b'impenn shih qeghdin jikkontribwixxu sabiex jitjiebu s-servizzi f' dan il-qasam. Impenn, li ser jaghti l-frott mehtieg ghall-gid tal-klijenti, tal-familji taghhom u tal-pajjiz.08.10.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow