L-impenji tal-Gvern fil-qasam tal-Kura Mentali
L-impenji tal-Gvern fil-qasam tal-Kura Mentali
Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghas-Sahha Mentali, il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara elenka l-impenji tal-Gvern fil-qasam tal-kura mentali.
Il-Ministru tas-Sahha qal li din il-gurnata giet maghzula mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ghaliex inhasset il-htiega li titqajjem kuxjenza qalb il-pubbliku u l-politici dwar il-bzonn li tinbidel il-mentalita' negattiva dwar il-mard mentali u biex tinghata aktar prijorita' lis-servizzi f'dan is-settur.
Hu kkalkolat minn diversi studji li saru f'diversi pajjizi, li wiehed minn kull tlett persuni jbatu minn xi forma ta' mard mentali matul is-sena. Hu kompla jghid li biex naghrfu aktar il-piz ta' dan il-mard fil-komunita', qed isiru diskussjonijiet ma' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha sabiex isir survey bil-ghan li jkun stabbilit il-prevalenza ta' dan il-mard f'pajjizna. Il-Ministru Deguara sostna li mir-rizultat ta' dan is-survey ikunu jistghu jigu ppjanati s-servizzi necessarji li jridu jinholqu fil-komunita' sabiex b'mod globali u effettiv ikun indirizzat il-mard mentali u dak psiko-socjali .
Louis Deguara qal li l-Gvern gharaf l-importanza li jkun riformat is-Settur tas-Sahha Mentali, tant hu hekk li l-ewwel politika nazzjonali li thejjiet kienet dik dwar is-servizzi tas-sahha mentali, liema dokument kien gie ippubblikat f'1994.
Hu sostna li jemmen li kull riforma ma ghandhiex issir biex tizdied biss l-efficjenza fis-servizz, imma li tkun ta' beneficcju ghall-poplu.
Ghalhekk, qal il-Ministru tas-Sahha, dawn il-klijenti, barra li jinghataw servizz mediku tajjeb, ghandhom id-dritt li jghixu fil-komunita', li jahdmu, li jiddevertu, u li jaghmlu dawk l-affarijiet kollha normali fis-socjeta' taghna. Din il-filosofija, "li nghinek biex tghin lilek innifsek", hi l-bazi tal-politika socjali tal-Gvern, politika li trid tiggarantixxi li hadd ma jibqa' lura.
Ghalhekk bid-direzzjoni li diga' qed tinghata lid-Dipartiment, ir-riforma f'dan is-Settur trid tkun wahda holistika, fejn il-problemi kollha - kemm dawk medici kif ukoll dawk socjali - ghandhom jigu indirizzati fuq livell personalizzat peress li dawn il-problemi mhumiex komuni ghal kulhadd, tenna Louis Deguara.
Hu qal li qed jesigi wkoll li din ir-riforma tifforma parti integrali mir-riformi l-ohra li ser isiru fis-settur tas-sahha, specjalment fis-Settur tal-Kura Primarja. Jekk ma jkunx hemm kura primarja ta' livell gholi, b'servizzi adegwati fis-socjeta', isir l-izball li sar f'hafna pajjizi ohra fejn ma kienx hemm holqien ta' opportunitajiet godda ghal dawn il-klijenti biex ikunu kapaci jghixu indipendentement fis-socjeta'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN