Il-Ministeru tas-Sahha trasferit ghal Belt Valletta
Il-Ministeru tas-Sahha trasferit ghal Belt Valletta
Il-Ministeru tas-Sahha se jkun trasferit ghall-Belt Valletta biex ikun aktar accessibli ghall-pubbliku.
B’riferenza ghal rapport li xxandar fuq stazzjon tat-televizjoni privat, il-Ministeru tas-Sahha jrid jiccara li d-decizjoni li ttiehdet biex dan l-istess Ministeru jiccaqlaq minn Casa Leoni, f’Santa Venera, ghal Palazzo Castellania, fil-Belt Valletta ittiehdet wara li kien innutat li l-Ministeru ma kienx accessibli bizzejjed ghall-pubbliku li ta’ kuljum ikun irid jaghmel uzu minnu.
Din id-decizjoni ghalhekk ittiehdet biex, kif jghid ukoll il-programm elettorali li fuqu kien elett il-Gvern, il-ministeri jkunu aktar accessibbli ghall-pubbliku. Wiehed malajr jifhem li l-Ministeru tas-Sahha huwa wiehed mill-aktar Ministeri li l-pubbliku jigi fil-bzonn, specjalment f’okkazjonijiet mhux daqshekk pjacevoli.
Il-Ministeru tas-Sahha ser jibda jopera mill-Belt Valletta minn ghada, l-Erbgha, 7 ta’ Ottubru 1998.
06.10.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN