Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ikompli bl-impenji tieghu fin-Nazzjonijiet Uniti
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ikompli bl-impenji tieghu fin-Nazzjonijiet Uniti
Illum il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco kompla bl-impenji tieghu fin-Nazzjonijiet Uniti. Il-qofol tal-programm ta’ llum kien l-indirizz li l-Professur de Marco ghamel fl-Assemblea Generali. Deher car li d-diskors tal-Vici Prim Ministru kien milqugh tajjeb hafna minn numru kbir ta’ Ministri u Ambaxxaturi li avvicinawh biex jifirhulu immedjatament wara li spicca d-diskors tieghu.
Laqgha mportanti tal-Professur de Marco kienet mas-Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti Kofi Annan li flimkien tkellmu fit-tul fuq diversi aspetti politici ta’ natura internazzjonali partikolarment dawk li jolqtu r-regjun tal-Mediterran. Il-Professur de Marco tkellem dwar il-politika Ewro-Mediterranja, il-proposta ta’ Malta dwar Patt ta’ Stabbilita` ghall-Mediterran kif ukoll dwar il-bzonn li l-izviluppi fil-Mediterran ma jigux dipendenti esklussivament fuq il-process ta’ paci fil-Lvant Nofsani. Minn naha tieghu Kofi Annan esprima apprezzament ghall-hidma u l-inizjattiva ta’ Malta. Huwa wera wkoll interess fil-politika ta’ Malta dwar l-Unjoni Ewropea issa li giet riattivata l-applikazzjoni ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. Gew diskussi wkoll fit-tul id-diffikultajiet li qed tiffaccja n-Nazzjonijiet Uniti u l-izviluppi li qed isehhu.
Il-Professur de Marco kellu wkoll laqgha mal-President ta’ l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti Didier Opertti li huwa wkoll Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Uruguay. Il-President ta’ l-Assemblea Generali fahhar ix-xoghol li ghamel il-Vici Prim Ministru Malti fiz-zmien li kien President u ddiskutew flimkien l-izviluppi fin-Nazzjonijiet Uniti.
Il-hidma intensiva tal-Vici Prim Ministru kompliet il-bierah wara nofs inhar b’inkontri separati mal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Egittu, Amer Moussa, ta’ Cipru, Dr Ionnis Kasoulides u dak tal-Gamajka, Seymour Mullings.
Filwaqt li t-tema komuni diskussa mat-tliet Ministri kienu r-relazzjonijiet bilaterali, mal-Ministru Moussa gew diskussi materji li jolqtu mill-vicin ir-regjun tal-Mediterran u l-process Euro-Mediterranju. Mal-Ministru ta’ Cipru d-diskussjoni ffokat fuq l-applikazzjoni taz-zewg pajjizi ghal shubija fl-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-riattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta.
Il-Vici Prim Ministru aktar tard illum wara nofsinhar kien mistenni jiltaqa’ mas-Sotto Segretarju ghall-Affarijiet Barranin ta’ l-Istati Uniti, Thomas Pickering. Din il-laqgha ggib fi tmiem il-programm tal-Professur de Marco fi New York.
Il-Vici Prim Ministru huwa mistenni jasal lura Malta ghada wara nofsinhar.
29.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN