Il-Vici Prim Ministru f'Laqghat dwar ir-Regjun tal-Mediterran
Il-Vici Prim Ministru f'Laqghat dwar ir-Regjun tal-Mediterran
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco il-bierah fil-ghodu kompla bl-inkontri tieghu ma’ izjed Ministri tal-Affarijiet Barranin tar-regjun tal-Mediterran.
Mal-Ministru M. Said Ben Mustapha tat-Tunezija u mal-Ministru Abdul Ilah el-Khatib tal-Gordan, il-Vici Prim Ministru ddiskuta r-relazzjonijiet bilaterali u kif dawn jistghu jkomplu jissahhu. Ir-regjun tal-Mediterran u partikolarment il-process Euro-Mediterranju kienu fost temi importanti li gew diskussi f’dawn il-laqghat.
Laqghat tal-Professur de Marco kienu mal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Andorra, Albert Pintat u mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Ungarija, Dr. Janos Martonyi, li maghhom gew diskussi r-relazzjonijiet ta’ natura bilaterali kif ukoll giet spjegata l-posizzjoni li qed jiehu l-Gvern Malti fir-relazzjonijiet tieghu ma’ l-Unjoni Europea.
Wara li gie ntrodott lill-Kardinal ta’ New York John O’Connor il-Hadd filghodu fil-Katidral ta’ St. Patrick’s, il-Vici Prim Ministru kien il-mistieden specjali fl-okkazjoni ta’ ftuh ta’ wirja ta’ xoghlijiet artistici li jfakkru l-prezenza ta’ l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann f’Malta.
Dawn ix-xoghlijiet li jinsabu ghal-wirja f’Piermont fl-Istat ta’ New York, huma frott inizjattiva tal-Arkitett Daniel Vella. Jilqghu l-Vici Prim Ministru, minbarra l-Arkitett Vella kien hemm is-Sindku u dinjitarji ohra ta’ Piermont.
Filghaxija l-Professur de Marco attenda riceviment moghti mill-President tal-Awtorita Palestinjana Yasser Arafat. Il-Vici Prim Ministru Malti gie milqugh mill-President Arafat li esprima l-ferh tieghu li l-Professur de Marco rega assuma r-responsabilitajiet ta’ Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-appogg kostanti li l-Professur de Marco dejjem ta lill-kawza Palestinjana.
Iktar tard il-Hadd filghaxija, il-Vici Prim Ministru kellu jkollu aktar laqghat ma Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin fosthom dawk ta’ l-Egittu, Cipru u Gamaika.
29.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN