Left arrow Go Back

Il-Vici Prim Ministru jkompli bl-impenji tieghu fi New York

PR1764
Date Icon 26/09/1998

Il-Vici Prim Ministru Guido de Marco jiltaqa' ma' Hans Van Den Broek

Mal-wasla tieghu fi New York il-bierah filghaxija il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco kellu l-ewwel inkontru f’sensiela ta’ nkontri li mistenni jkollu ma’ numru konsiderevoli ta’ Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin li bhalissa qed jattendu t-53 sessjoni ta’ l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti.

L-ewwel inkontru li sar tard il-bierah filghaxija kien mal-Kummissarju nkarigat mit-tkabbir ta’ l-Unjoni ewropea, Hans Van Den Broek. Fil-laqgha li hadet madwar siegha giet diskussa r-riattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta ghal shubija fl-Unjoni. Il-Vici Prim Ministru u l-Kummissarju ta’ l-Enjoni ddiskutaw il-modi kif, fl-iqsar zmien possibbli jwasslu ghal bidu tan-negozjati ma’ l-Unjoni.Iz-zewg partijiet tennew l-impenn taghhom li flimkien jahdmu biex dan l-ghan jintlahaq.Illum filghodu il-Prof. de Marco kompla bil-laqgha tieghu u f-diskussjonijiet separati mal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Portugal Jaime Gama tal-Grecja Theodoros Pangalos u ma’ tal-Lussemburgu Jacques Poos, kienu ttrattati aspetti ta’ politika internazzjonali in generali u in partikolarment dwar il-pozizzjoni li qed tiehu Malta fir-relazzjonijiet taghha ma’ l-Unjoni Ewropea. It-tliet Ministri espremew is-sodisfazzjon taghhom ghad-decizjoni tal-Gvern Malti li jirriattiva l-applikazzjoni ta’ Malta u weghdu l-appogg shih taghhom ghall-pass li ha l-Gvern Malti.Aktar kmieni l-Vici Prim Ministru kellu laqgha mas-Sotto Segretarju tan-Nazzjonijiet Uniti, Vladimir Petrovsky. Ir-riformi proposti ghan-Nazzjonijiet Uniti partikolarment l-inizjattivi li beda l-Vici Prim Ministru Malti fil-periodu li kien President ta’ l-Assemblea Generali kienu t-temi principali ta’ din id-diskussjoni.Sadanittant il-Vici Prim Ministru mistenni jkollu numru sostanzjali ta’ laqghat ohra ma’ diversi Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin partikolarment dawk tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, ohrajn li pajjizhom qed jaspira li jissiehbu bhala membri, kif ukoll mir-regjun tal-Meditterran.Il-bierah fi Strasbourg il-Vici Prim Ministru akkompanja l-President ta’ Malta fil-vizita li ghamel fil-Kunsill ta’ l-Ewropa fejn indirizza l-Assemblea Parlamentari. Il-Prof. de Marco kellu laqghat partikolari tieghu mas-Segretarju Generali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa Tarchys li mieghu ddiskuta l-izviluppi li qed jitwettqu fil-Kunsill ta’ l-Ewropa u kif dan jista’ jissahhah specjaliment fejn jirrigwarda l-kumitat tal-Ministru u in partikolari fir-relazzjonijiet bejn l-istess kumitat tal-Ministri u l-Assemblea Parlamentari. Il-Prof. de Marco kellu laqgha mal-membri Monitoring Committee li tieghu kien l-ewwel President. Il-membri tal-Kumitat tkellmu dwar il-kontribut li l-Prof. de Marco ta biex dan il-Kumitat jfassal il-politika tieghu.Il-Monitoring Committee huwa l-akbar kumitat tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li bhala ghan ghandu li jara li d-demokrazija fid-diversi pajjizi qed tithaddem b’rispett shih ghad-drittijiet tal-bniedem.26.09.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow