Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jiltaqa' mal-Kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club

PR1761
Date Icon 25/09/1998

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jiltaqa’ mal-Kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club

Il-Kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club huwa opportunita li taghti indikazzjoni tal-politika tal-Gvern li jrid li jasal biex fejn hu possibli jkunu l-isportivi stess li jmexxu l-isport taghhom. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, fl-ewwel laqgha li kellu mal-membri tal-Kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club.

Il-Ministru Galea tenna li fl-ahhar gimghat hu kien avvicinat minn hafna sidien taz-zwiemel li talbuh biex lill-isport taghhom jaghtih priorita’ u ghalhekk il-hatra tal-kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club, wara biss ftit jiem, tikkonferma l-impenn li ghandu jkun hemm lejn dan l-isport.Il-Ministru talab lill-Kunsill il-gdid sabiex jikkonsidra zvilupp ahjar ta’ l-isport ekwestru kollu. Il-Gvern hu interessat li jitfassal progett shih ghall-facilitajiet f’dan il-kamp sportiv u li jitmexxew fuq l-oghla livelli Ewropej. Il-Gvern irid jesplora l-opportunita’ li ghal dan ix-xoghol jidhol il-privat biex b’hekk jiehu spinta ’l quddiem, sostna Louis Galea.In-numru taz-zwiemel tat-trott li qeghdin jiehdu sehem fit-tigrijiet tal-Club ilahhaq mat-800 u jsiru medja ta’ 10 tigrijiet f’kull meeting waqt li f’kull tigrija jiehdu sehem 16-il ziemel.Bhala Chairman tal-Kunsill inhatar is-Sur Paul Midolo, li ghandu esperjenza twila f’dan il-qasam. Iridu jigu eletti wkoll tliet rapprezentanti tas-sidien taz-zwiemel li se jidhlu fil-Kunsill wara votazzjoni bejn l-istess sidien. Ir-rapprezentant tal-Ministeru se jkun s-Sur Mario Meli.It-terminu tal-hatra ta’ dan il-Kunsill huwa sa’ Awissu tas-sena d-diehla. Filwaqt li awgura kull success lill-Kunsill il-gdid, il-Ministru Galea qal li jinsab fiducjuz li l-hidma ta’ dan il-kumitat se tkun wahda ta’ servizz ghad-dilettanti, s-sidien kollha u l-isportivi, l-aktar minhabba li l-maggoranza tal-membri tal-Kunsill huma wkoll sidien taz-zwiemel.Il-Ministru Galea kkonkluda billi tenna li fil-futur hu dejjem se jkun disponibbli li jisma s-suggerimenti ta’ l-isportivi u d-dilettanti kollha f’dan il-qasam.Il-Ministru Louis Galea kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru l-Onor. Jesmond Mugliett.25.09.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow