Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd

PR1760
Date Icon 25/09/1998

Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd

Id-Deputat Laburista Noel Farrugia ma’ innega xejn minn dak li qal il-Minstru Ninu Zammit dwar il-falliment finanzjarju fl-esportazzjoni tal-haxix lejn l-Ingilterra.

Dan qalu l-Ministru Zammit b’referenza ghad-diversi stqarrijiet ta’ l-Onor. Farrugia, liema stqarrijiet huma mmirati biex ikomplu jaljenaw il-poplu mid-dizastru generali li fihom thallew l-oqsma tal-Biedja u s-Sajd wara 22 xahar ta’ l-amministrazzjoni precendenti.L-Onor. Noel Farrugia ghandu jispjega lill-bdiewa li esportaw il-patata b’liema awtorita’ hu naqsilhom Lm15,000 minn flushom biex jahbi l-falliment u l-fjask li sehh fl-operat kollu tal-esportazzjoni tal-haxix, liema ammont ta’ Lm15,000 ifisser madwar Lm2 kull tunellata inqas fid-dhul ta’ l-istess bdiewa. L-Onor. Farrugia ghandu wkoll jispecifika jekk il-kuntratt tal-esportazzjoni tal-haxix sarx mal-Ghaqda tal-Bdiewa Progressivi jew ma’ xi persuni ohra.Sakemm l-Onor. Farrugia jibqa’ ma jirrispondix dawn il-mistoqsijiet, allura l-bdiewa kollha li esportaw il-patata jikkonfermaw bil-fatti kemm huma gew misluha mill-Gvern precedenti.25.09.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow