Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni jiltaqa' mal-G.R.T.U.
PR1757
25/09/1998
Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni jiltaqa' mal-G.R.T.U.
Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni l-Onor. Censu Galea kellu laqgha ma’ delegazzjoni tal-GRTU, mmexxija mid-Direttur Generali Vince Farrugia. F’din il-laqgha, li kienet wahda kordjali, iz-zewg partijiet urew it-tama li l-koperazzjoni bejn il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni u l-GRTU tkompli tikber, ghall-gid kemm tal-pajjiz, kif ukoll tal-membri ta’ l-istess union.
Fost is-suggetti li gew diskussi kien hemm problemi konnessi mal-port u t-toroq, fosthom l-arrangamenti tas-sistema tat-traffiku fil-Mosta. Gew diskussi wkoll diversi problemi li qed jiltaqghu maghhom il-kuntratturi u l-bzonn li titkompla s-sistema ta’ konsultazzjonjijiet bejn il-Gvern u l-GRTU meta jsiru progetti kbar. Issemmew problemi ohra konnessi mat-traffiku fosthom, it-tow zones u l-VRT.Kien hemm qbil bejn iz-zewg nahat li jsiru laqghat ohra li jittrattaw suggetti u setturi partikulari.25.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN