Impenn shih tal-Gvern fl-interessi tal-Familja u tal-Persuni b'dizabbilita'
Impenn shih tal-Gvern fl-interessi tal-Familja u tal-Persuni b'dizabbilita'
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Louis Galea, dalghodu kellu l-ewwel laqgha ufficjali tieghu ma’ l-Ghaqda Genituri Persuni b’Dizabbilita’. Id-delegazzjoni ta’ l-ghaqda kienet immexxija mill-President taghha, s-Sur Marcel Pisani. Fil-laqgha l-Ministru fisser l-impenn shih tal-Gvern biex ikompli jgib il-quddiem l-interessi tal-familja u tal-persuni b’dizabbilita’. Huwa fisser li l-mira ghandha tkun li fil-pajjiz nimxu lejn socjeta’ inklussiva, jigifieri socjeta’ li ma thalli lill hadd barra jew li hadd ma jibqa’ lura. Huwa qal li l-Gvern ser jahdem sabiex f’dan il-kamp ikun hawn koordinament effettiv bejn il-Ministeri kollha specjalment bejn il-Ministeri tas-Sahha, tal-Politika Socjali u ta’ l-Edukazzjoni. Il-Ministru Louis Galea sostna wkoll illi hu behsiebu jassigura li jkun hemm djalogu regolari u effettiv ma’ l-Ghaqda Nazzjonali Genituri Persuni b’Dizabbilita’ u anke mal-Kummissjoni, ghaqdiet u agenzija ohra involuti f’dan il-kamp. Fid-diskussjoni z-zewg nahat tkellmu dwar il-kompozizzjoni tal-Kummissjoni Ministerjali dwar l-edukazzjoni nklussiva u dik ta’ l-Istatementing Board illi jiehu hsieb ic-certifikazzjoni tat-tfal li jkollhom bzonn servizz personalizzat fl-iskejjel. Saret ukoll referenza ghar rwol tac-Child Development Advisory Unit (CDAU) u fuq dan l-ghaqda talbet li jsiru diskussjonijiet biex is-servizz ikompli jissahhah u jitjieb.
Il-President ta’ l-Ghaqda, is-Sur Marcel Pisani, irringrazzja lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni talli ltaqa’ ma’ l-Ghaqda daqshekk malajr wara l-hatra tieghu. Huwa fakkar li l-Ministru fil-hidma li ghamlu flimkien meta huwa kien jokkupa il-kariga ta’ Ministru ghall-Politika Socjali u fisser il-fiducja tieghu li anke f’dan il-Ministeru l-qasam tal-persuni b’dizabbilita’ ser ikompli jaghmel it-titjib li huwa mehtieg. Fl-ahhar tal-laqgha l-President ta’ l-Ghaqda pprezenta lill-Ministru Memorandum li l-Ghaqda Nazzjonali kienet ipprezentat lill-partiti politici qabel l-elezzjoni u Memorandum iehor li gie ppreparat apposta ghal laqgha mal-Ministru. Iz-zewg nahat ftehmu li jergghu jiltaqghu fi zmien xahar.
23.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN