Spinta lill-indafa fil-pajjiz
PR1740
19/09/1998
Spinta lill-indafa fil-pajjiz
Wahda mill-prioritajiet tal-gvern il-gdid hi li tinghata spinta lill-indafa fil-pajjiz. Ghal dan l-iskop hemm il-hsieb li ssir laqgha ghal rapprezentatnti tal-Kunsilli Lokali biex fiha tkun tista’ tigi diskussa strategija halli tibda tinstab soluzzjoni ghall-problema akuta ta’ nuqqas ta’ ndafa f’pajjizna.
Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech dalghodu meta attenda ghal attività ta’ tindif fil-Bajja tal-Mellieha minn ghaddasa membri tal-Meldives Dive School u voluntiera ohra.Din l-attività hi wahda minn sensiela ta’ attivitajiet simili li qed isiru llum f’ghadd kbir ta’ pajjizi fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali tat-Tindif li jitfakkar kull tielet Sibt ta’ Settembru, bl-iskop li jithares l-ambjent li jezisti f’qiegh il-bahar. Dan il-jum intaghzel ghal dan l-iskop mill-Professional Assocation of Diving Instructors (PADI), li maghha hi assocjata l-Meldives Dive School.Filwaqt li irringrazzja lil dawk kollha involuti fil-hidma biex titnaddaf il-Bajja tal-Mellieha, il-Ministru Zammit Dimech qal li kulhadd jaqbel li l-pajjiz kollu ghandu bzonn ta’ tindifa generali. Biex dan ikun jista’ jsir, tinhtieg l-ghajnuna u l-kooperazzjoni ta’ kulhadd, b’mod partikolari tal-Kunsilli Lokali, li llum forsi m’ghadhomx jistghu jahdmu daqs kemm jixtiequ minhabba li tnaqqsulhom il-fondi.Hu wera s-sodisfazzjon tieghu li f’dawn l-ahhar sentejn, il-Gvern kompla ghaddej matul ix-xhur tas-sajf bil-kampanja mnedija minnu fis-sajf ta’ l-1996 ghal bahar nadif, billi f’okkazjonijiet differenti jitnaddfu bajjiet minn ghaddasa voluntiera. Hu qal li din il-kampanja se tkompli wkoll fis-snin li gejjin u zied li l-Gvern hu lest li jghin lil kull min jiehu inizjattivi bhal dawn, kemm fir-rigward ta’ tindif fil-bahar kif ukoll fuq l-art.Il-Ministru Zammit Dimech semma’ wkoll li l-Gvern se jkompli miexi bil-politika mibdija fil-bidu tas-snin disghin biex id-drenagg kollu jibda jkun trattat flok li jibqa’ jintefa fil-bahar. Fakkar li sa l-1996 kien ippjanat investiment ta’ Lm13-il miljun biex jitkabbar l-impjant tat-tisfija tad-drenagg f’Marsaskala u biex jinbnew tliet impjanti ohra. Hu qal li anki f’dan ir-rigward trid tinghat spinta ghaliex suppost li d-drenagg kollu kellu jibda jkun trattat sas-sena 2000.Hu enfasizza l-htiega li bajjiet, bhal dik tal-Mellieha fejn ta’ kull sajf imorru eluf kbar ta’ Maltin u barranin, jinzammu ndaf dejjem. Semma’ li l-Bajja tal-Mellieha fiha abbundanza ta’ haxix tal-bahar u hu ghalhekk li fiha jghixu certi tipi ta’ hut bhal ma huma l-accola u l-mulett. Ghalhekk hu importanti hafna li mhux biss jithares b’kull mezz l-ambjent fuq l-art izda ukoll dak fil-bahar fejn tezisti dinja ohra mimlija kuluri, temm il-Ministru Dimech.19.09.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN