Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jiltaqa' ma' Delegazzjoni mic-Cina
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jiltaqa ma' delegazzjoni mic-Cina
Il-Ministru ghas-Servizzi Economici, il-Professur Josef Bonnici, ltaqa ma delegazzjoni ta' kummercjanti Cinizi li kienu akkumpanjati mill-Ambaxxatur Ciniz, Zu Qinshun.
F'din l-ewwel laqgha ufficjali mal-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Ambaxxatur Ciniz awgura li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea mill-aktar fis. Hu qal li jhares lejn dan il-pass bhala wiehed pozittiv ferm ghal Malta.
Il-Ministru Josef Bonnici iddiskuta mad-delegazzjoni l-possibilta` ta' aktar kummerc bejn iz-zewg pajjizi bhal ma kien assigura l-President Ciniz Lee Peng meta zar Malta fil-bidu ta' l-1996. Id-delegazzjoni wriet l-interess taghha f'Malta partikolarment issa li regghet inqabdet it-triq lejn shubija fl-UE.
Iz-zewg nahat ftehmu li wara li jkun identifikat progett kummercjali li jista jitwettaq bejn iz-zewg pajjizi u terga titlaqqa l-kummissjoni kongunta bejn iz-zewg nahat, grupp ta' persuni teknici fil-qasam ta' l-investiment jipprogedu biex jiffinalizzaw dan il-progett. Fost is-setturi li dwarhom saret diskussjoni hemm il-qasam tat-tessuti kif ukoll l-opportunita biex Malta tesporta prodotti mahduma minn kumpanniji Cinizi flimkien ma ohrajn Maltin.
Matul il-laqgha saret stedina biex il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jzur il-kwartieri ta' Orient Int. fic-Cina fix-xhur li gejjin. Il-Ministru Bonnici qal li l-Gvern gdid irid jerga jistabbilixxi l-ahjar kuntatti kummercjali possibli ma pajjiz bhac-Cina. Hu zied li jekk delegazzjoni Ministerjali tghin biex din il-hidma timrah hu jkun lest li jzur ic-Cina fil-futur qarib.
Id-delegazzjoni kienet maghmula mis-Sur Wang Yang, il-President ta' Orient Int. (Holding) Co. Ltd li hi wahda mill-akbar kumpanniji Cinizi li jaghmlu kummerc ma' l-Ewropa. Prezenti wkoll kien hemm is-Sur Chen Chengyano, Direttur fid-Dipartiment ghall-Izvilupp Kummercjali tal-kumpannija, is-Sur Zhu Taowei, Deputy General Manager ta' l-Orient Int. Holding Shanghai Garments, is-Sur Shi Weiming Deputy General Manager ta' Shanghai Silk, is-Sur Fan Xiehua Deputy Manager Shanghai Textiles kif ukoll is-Sur Li Xiaohui mill-Orient Int. Holdings ukoll.
Fi tmiem il-laqgha, l-Ambaxxatur Ciniz wassal l-awgurju tal-Ministru ghall-Ekonomija Ciniz lill-Gvern il-gdid Malti wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru.
16.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN