Appogg shih ta' l-Italja fil-process li jwassal ghal negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea
Appogg shih ta' l-Italja fil-process li jwassal ghal negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco, illum kellu laqgha f’Villa Madama mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Italja, Dott. Lamberto Dini. It-tema principali tad-diskussjoni kienet ir-riattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Professur de Marco enfasizza l-punti li gew elenkati fl-ittra li l-bierah giet prezentata lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Awstrija, Wolfgang Schussel, li bhalissa ghandha l-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Taljan esprima s-sodisfazzjon tal-Gvern tieghu ghal pozizzjoni li qed tiehu Malta u wieghed kull appogg fil-livelli kollha da parti ta’ l-Italja fil-process li jwassal ghal negozjati bejn Malta u l-Unjoni.
Matul l-istess laqgha z-zewg Ministri rriaffermaw l-impenn taghhom ghat-tishih tar-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn iz-zewg pajjizi u ddiskutew materji ta’ politika internazzjonali b’mod partikolari kwistjonijiet li jolqtu mill-qrib ir-regjun tal-Mediterran.
Ghada filghodu l-Vici Prim Ministru, il-Professur Guido de Marco, ikompli bil- hidma diplomatika tieghu fl-Italja u mistenni jkollu laqgha mas-Sotto Segretarju ghall-Affarijiet Barranin ta’ l-Italja , l-Onor. Pier Franco Fassino.
15.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN