Left arrow Go Back

L-Assocazzjoni tal-lukandi u ristorant (MHRA) tifrah lil Michael Refalo

PR1710
Date Icon 15/09/1998

L-Assocazzjoni tal-lukandi u ristorant (MHRA) tifrah lil Michael Refalo

Il-Kunsill ta’ l-Assocjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) mmexxi mill-President ta’ l-Assocjazzjoni, is-Sur Winston Zahra, dalghodu kellu l-ewwel laqgha tieghu mal-Ministru ghat-Turizmu, Micale Refalo.

Il-Ministru rringrazzja l-Assocjazzjoni ghal mod posittiv kif b’stqarrija ghall-istampa u anke fuq bazi personali laqghet il-hatra tieghu fil-Ministeru tat-Turizmu.

L-Avukat Refalo fakkar li f’laqgha li saret gimghat qabel l-elezzjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, illum il-Prim Ministru, kien impenja ruhhu li fil-kwadru tal-Gvern tieghu jahtar Ministru responsabbli ghat-Turizmu. Il-weghda twettqet kif ukoll se jitwettaq l-impenji ohra msemmija fil-Kapitlu dwar it-Turizmu fil-Programm Elettorali Gvern.

Il-Ministru Refalo stqarr li minn dejjem kienet politika tieghu li jzomm ruhu qrib l-Assocjazzjonijiet kollha li jahdmu fil-qasam tat-turizmu u ghalhekk awgura li minn zmien ghal zmien fix-xhur u snin li gejjin ikun hemm rapporti mill-ahjar bejn il-Ministru, l-NTOM u l-assocjazzjonijiet.

Importanti wkoll li l-operaturi fis-settur jafu sew kollettivament kif ukoll individwalment li l-Ministru u l-Ministeru huma accessibbli ghalihom u li jistghu jirrikorru ghandhom f’kull kaz. Ghalhekk mid-29 ta’ Settembru l-Ministru Refalo se jiddedika kull nhar ta’ Tlieta ta’ kull gimgha ghal laqghat ma’ dawk l-operaturi fis-settur li jkunu jixtiequ jkellmuh.

Il-Ministru Refalo qal li f’dawn l-ewwel jiem qed jaghmel ezami tal-qaghda fid-dipartimeti u l-oqsma li huma responsabbilta’ tieghu. Fost dawn hemm l-Istitut ghall-Istudji fit-Turizmu (ITS). Hu impenn elettorali tal-Gvern li jerga’ jpoggi l-ITS fuq binarji aktar professjonali. Filwaqt li l-kontinwita’ hi mportanti, l-Ministru stqarr li ma jaqbilx mas-sistema li l-ITS jitmexxa minn ‘Interim Board’, kif ilu jitmexxa ghal dwan l-ahhar sentejn, u ghalhekk bi hsiebu jirrikonstitwih u jerga’ jaghtih lill-MHRA rapprezentanza fuq dan il-Bord.

Impenn iehor li johrog mill-Programm Elettorali tal-Gvern li f’kaz ta’ bidla fir-rata tat-taxxa fuq il-konsum, dik ghat-turizmu tkun wahda preferenzjali. Il-Ministru Refalo stqarr li l-Gvern impenjat jikkonsulta bis-shih mas-settur u ghalhekk heggeg lill-MHRA biex l-Assocazzjoni tipprepara ruhha tajjeb ghal dawn il-konsultazzjonijiet.

Dwar l-Att dwar l-Awtorita’ tat-Turizmu l-Ministru kkonferma li hemm qbil fuq il-principju izda stqarr li qabel ma’ l-Att jerga’ jitressaq ghad-diskussjoni fil-Parlament iridu jsiru xi emendi sew biex tikber il-vuci tas-settur privat, biex l-infurzar ikun aktar effettiv, kif ukoll biex il-verzjoni Maltija tigi maqluba kif suppost.

Il-Ministru Refalo kompla jghid li l-interessi ta’ l-industrija ghandhom firxa wiesgha u ta’ bilfors ikun hemm lok ghal kuntatt kontinwu ma’ Ministeri, Dipartiment u Korpi ohra tal-Gvern. Il-Ministru sahaq li l-industrija ghandha f’kull kaz izzomm lill-Ministeru aggornat u nfurmat b’diffikultajiet li tista’ tiltaqa’ maghhom.

Il-Ministru habbar ukoll li, kif kien jaghmel fis-snin ta’ qabel meta kien risponsabbli ghat-Turizmu, ser jaghmel kunttt personali u dirett ma’ l-Operaturi li jahdmu ma’ Malta. Ghalhekk qed isiru arrangamenti sabiex fil-gimghat li gejjien il-Ministru u delegazzjoni ta’ l-NTOM jmorru, l-ewwel l-Ingilterra, u mbaghad il-Germanja. Wara jsiru laqghat ma’ operaturi fi swieq ohra.

Min-naha tieghu l-President tal-MHRA tkellem dwar l-ippjanar strategiku u ghat-tul, l-izvilupp tal-prodott, il-htiega ta’ statistika aktar kompluta u fil-pront kif ukoll il-htiega li l-pubbliku jkun mgharraf aktar bl-importanza ta’ l-industrija u l-impatt taghha fil-qasam ekonomiku u tax-xoghol.

Is-Sur Zahra tenna li l-MHRA taqbel li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea u li kien bi hsiebha torganizza Seinar biex is-settur jigi nfurmat ahjar.

15.09.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow