Stqarrija mill-Korporazzjoni Enemalta
Stqarrija mill-Korporazzjoni Enemalta
Il-bierah ghall-habta tal-5.00 p.m. kuntrattur privat li kien qed jahdem f’Had Dingli, laqat cable tas-sistema tal-vultagg gholi ta’ l-Enemalta li jissuplixxi l-elettriku lil Had-Dingli, bir-rizultat li kien hemm hsara fuq dan il-cable. Minhabba f’hekk il-provvista ta’ l-elettriku f’partijiet minn Had Dingli nqaghet. Il-provvista regghet giet lura ghan-normal ghall-habta tat-3.30 ta’ dalghodu, wara xoghol estensiv li sar tul il-lejl li ghadda.
Minhabba li ma kienx hemm sorsi alternattivi, kien hemm bzonn li jissewwa l-istess cable li gie milqut biex il-provvista’ terga tinghata lura.
Il-Korporazzjoni Enemalta ghamlet rapport lill-pulizija dwar dan il-kaz u bi hsieba tiehu l-passi kollha necessarji kontra dan il-kuntrattur li kkawza hsara fuq il-cable tal-Korporazzjoni.
Il-Korporazzjoni Enemalta ghandha pjanijiet biex tirrinforza dawn l-inhawi fil-futur sabiex ikompli jitjieb is-servizz ghall-konsumatur.
15.09.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN