Zjara tal-Vici Prim Ministru fl-Awstrija
PR1702
14/09/1998
Zjara tal-Vici Prim Ministru fl-Awstrija
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco, illum kellu laqgha kordjali mal-President tal-Kunsilli tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Awstrijak, Dr Wolfgang Schussel.
Waqt il-laqgha, il-Vici Prim Ministru pprezenta formalment ittra li fiha nforma lill-Kunsill tal-Ministri li Malta qieghda tirriattiva l-applikazzjoni taghha ghal shubija fl-Unjoni. L-objettiv tal-laqgha kien li l-Professur de Marco jesplora l-ahjar proceduri kif Malta tista’ tinserixxi ruhha mill-gdid mal-grupp ta’ pajjizi li qeghdin jippreparaw biex jifthu formalment in-negozjati li mistennija jwasslu ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.Il-President tal-Kunsill tal-Ministri wera s-sodisfazzjon tieghu li Malta rriattivat l-applikazzjoni taghha ghal shubija.Bhala rizultat ta’ din il-laqgha, il-President tal-Kunsill tal-Ministri ser jinforma lill-Ministri l-ohra ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-ittra ta’ Malta biex tirriattiva l-applikazzjoni taghha ghal shubija. Dan jaghti lok biex wara l-laqgha, maghrufa ahjar bhala l-General Affairs Council, il-Kummissjoni thejji rapport dwar Malta. Aktar tard din is-sena dan ir-rapport jitressaq quddiem il-gvernijiet tal-membri ta’ l-Unjoni Ewropea.Wara l-laqgha, li damet ftit aktat minn siegha u li kienet wahda pozittiva, il-President tal-Kunsill stieden lill-Vici Prim Ministru ghal konferenza stampa fejn gurnalisti Awstrijaci ghamlu diversi domandi liz-zewg Ministri.14.09.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN